Categories
Politics

Il-palazz demokratiku

Ilbieraħ

Meta isseħibt fl-għaqda ta’ l-iStudenti Demokristjani Maltin kont fit-tieni sena tiegħi fil-kors tal-liġi. L-esperjenza tiegħi politika sa dakinhar kienet fl-MŻPN Għawdex (kumitat distrettwali) fejn fost l-oħrajn ħdimt għal żmien twil ma Chris Said u Nathaniel Attard. Il-politika li konna ħaddimna ġewwa Għawdex kienet kostruttiva u lokali -qabel ma waslu l-Kunsilli Lokali. Għal bidu kont isseħibt mal-Għ.S.L (tal-liġi) iżda il-ġibda lejn il-ħajja politika kienet kbira wisq u wara insistenza ta’ ċertu Fabio Pirotta (illum Brussel) dħalt f’din l-għaqda u għall-ewwel darba kont affaxxinat mill-ideat u twemmin politiku. Kellna ktieb ta’ Rafael Caldera maqlub għall-Malti li kien jitratta il-ħsieb demokristjan. Qaxxartu minn qoxra sa’ qoxra. U laqatni. L-iktar li  laqatni kien il-ħsieb bażiku u lajk li ma kontx qed nistenna li insib.

F’dak li kien jikkkonċerna id-dilemma ta’ politika konfessjonali li inkwetatni mhux ftit dak iż-żmien, solvejt il-problema. L-interpretazzjoni tiegħi ta’ Caldera kienet waħda li tasal biex tara l-politika demokristjana bħala waħda msejsa fuq l-element soċjali tat-twemmin nisrani. Element soċjali li joħroġ mill-prinċipju essenzjali tal-filosofija nisranija – fejn il-viżjoni soċjali hija intrinsikament marbuta madwar is-saħħa tal-individwu u l-kapaċita tiegħu li jirrispetta lil għajru.

Ma domtx ma integrajt ruħi fil-grupp u ma domniex ma bdejna rivoluzzjoni ċkejkna fi ħdan l-SDM. Konna grupp magħqud illi ħsibna illi din l-għaqda għandha skop edukattiv u propożittiv li jmur lil hinn mill-menu politiku offert fil-pajjiż. Fuq kollox kellna viżjoni. Bdejna billi għamilna ftit “spring cleaning”. Għamilniha ċara li ma konna se niddependu fuq ħadd u ma konna ser inkunu l-vużċi ta’ ħadd ħlief tal-prinċipji li inħaddnu. Kien ovvjament l-idealiżmu taż-żgħażagħ. Parti importanti tal-bidliet li għamilna kien li għażilna logo ġdid u motto ġdid meħud minn Caldera. Il-palazz demokratiku ideali ikun magħmul mill-poplu sħiħ“.

Min jaf kemm issarajna bejnietna biex naslu għal dawn il-bidliet. Il-bidliet pero kienu bażi ta’ programm usa’. Bħala għaqda politika il-missjoni tagħna kienet ċara li inwasslu messaġġ. Kien madwar dak iż-żmien li seħħew ir-riformi fl-istatut tal-KSU. Biex inkunu ċari dawk ir-riformi kienu qed isiru xorta. Li għamilna (jew forsi nista ngħid li bdejt nagħmel (mhux biex nitfantas imma biex nerfa’ r-responsabbilta) hu li offrejna li nikkontribwixxu fl-emendar tal-istatut. Il-programm tagħna kien wieħed ċar u trasparenti imsejjes fuq prinċipju doppju kruċjali: ir-rapprezentanza u l-parteċipazzjoni.

Forsi taraw issa minn fejn konna ġejjin. Ma kienx kliem fieragħ ta’ Caldera. Il-palazz demokratiku ideali kien wieħed li xtaqna inwettqu fiċ-cokon tas-sistema rappreżentattiva tal-istudenti. Il-mudell li spiċċajna adottajna kien wieħed maħsub fil-konfini ta’ dawn l-ideali. Inutli nerġa intenni dak li spjegajt elf darba. Eżekuttiv elett biex ikun kompetenti fil-management tal-istrutturi rappreżentattivi. Żewġ kummissjonijiet maħsuba biex jirrapreżentaw kemm jista’ jkun kull interess studentesk – hux politiku soċjali jew edukattiv u kummissjoni oħra li bħala studenti universitarji ma ninsewx id-detto “All work and no play….”

Biex tħaddem struttura bħal dik trid tifimha u trid dejjem titlaq mill-kunċett li kull ma jsir isir għall ikbar interess tal-istudenti. Il-palazz demokratiku ideali huwa palazz għax iħaddan lil kullħadd u jaħdem f’isem u għal kullħadd. Il-palazz demokratiku ideali m’għandux bouncers mal-bieb.

Illum

Dak il-proġett tagħna issa wasalt biex ngħid li ma ħadimx. L-ideali li kellna ma tħaddnux minn min ġie warajna. Din m’hix kundanna. Hija stat ta’ fatt. Ironikament is-sistema ilha ħafna tiġi ikkritika minħabba il-“first past the post” għax fl-eżekuttiv jitla’ blokk wieħed ġeneralment – u allura jgħidu li hemm kriżi taż rappreżentanza. Ironikament ukoll bosta huma għaqdiet li għandhom leħen u post awtomatiku fil-Kummissjoni Politika Soċjali li (suppost) tfassal il-politika tal-Kunsill illi jgorru dwar ir-rappreżentanza.

Falliet l-iktar is-sistema għax rebħet mentalita li diffiċli tikkumbattiha. Il-mentalita partiġġjana illi toffri iz-zunnarija ta’ karriera fil-partiti bħala kunsilliera jew membri parlamentari żgħażagħ via il-fast track ta’ xi post fuq it-think tank ta’ partit meta l-inka fuq iċ-ċertifikat tal-gradwazzjoni għoddu mank kellu ċans jinxef.  Iż-żmien fl-universita meta ż-żgħażugħ (jaqq kemm nobogħda dil-kelma) suppost qed jifforma l-ideat tiegħu u jaħseb b’rasu issa bdew jgħadduha bħala estensjonijiet robotiċi tal-falliment politiku. Jimitawhom kuljum. Il-jiħadisti tal-poplu partiġġjan isinnu l-azzarini tal-gwerer ta’ ħaddieħor fil-palazz tal-istudenti. Dażgur li falliet is-sistema.

Erħilhom allura meta jasal żmien l-Laqgħa Ġenerali Annwali jibdew bit-tfiegħ ta’ tajn u ħama. Hekk jagħmlu l-kbar u hekk tgħallmu ż-żgħar. Ilbieraħ segwejt ftit li ġara fl-AGM bejn nostalġja u oħra. Hemm qiegħdin. Sistema lesta biex timplodi imma li ma timplodix għax ikun hemm xi ħames mitt bażużlu jitilgħu għar-rent-a-vote. Parteċipazzjoni? Falluta.

Imbagħad issegwi il-mini “dibattibekki”. Għandu punt min qed jitlob iktar trasparenza fl-accounting. Wara kollox jiġu eletti managers biex imexxu bil-għaqal. M’hi skuża xejn li għaqda li tħaddem eluf ta’ ewri ma żviluppatx sistema miftuħa ta’ tendering – u anki immur lil hinn u ngħid li imisshom għandhom kumitat indipendenti aġġudikativ elett minn fost il-KPS. L-istupidaġni tal-kjass li inqala fuq xi kummenti dwar il-GUG kien xempju tal-partiġjaniżmu sfrenat. Mejtin biex joħolqu il-Julian Galea fatto in casa qabdu ma kumment frivolu ta’ Kummissarju Edukattiv fuq Facebook. Issa ħalli li l-kummissarju wera nuqqas ta’ maturita u inġenju f’dan il-każ imma il-punt kruċjali hu li li kieku l-Pulse jafu x’isarraf l-istatut kienu ikun jafu li l-liasion kollu li għandhom bżonn l-Għawdxin jitwettaq fi ħdan il-Kummissjoni Politika Soċjali. Imma le. Irridu nitfgħu il-bżar fl-għajnejn u kullħadd jaf kemm jiswa l-block vote Għawdxi hux sur Mercieca?

Oltre il-block vote hemm il-possibilta ta’ riforma. Reġgħu ċiku briku. M’għandi xejn kontra riforma. Kif diġa għidt… nasal biex naqbel li s-sistema falliet. Il-ħasra hi li nara wisq djufija fis-sejħiet tar-riforma. Jekk ir-riforma hija ibbażata fuq xi kunċett imwiegħer ta’ fair meta fair ifisser li jkun hemm xi rappreżentanza proporzjonali kemm biex kullħadd ikollu biċċ mill-kejk allura lura sejrin mhux il-quddiem. Mingħajr prinċipji sodi immirati lejn garanziji taż rappreżentanza u parteċipazzjoni it-triq tista twassal biss gżall-mera kompleta tal-politika falluta nazzjonali li tilfet kull tip ta’ kredtu mal-poplu. Dik il-politika li twassal biex ikun hemm rekord ta’ nies li jagħżlu ma jivvotawx għax il-paroli medjatiku kollu ta’ Wenzu u Ġużi ma jservux biex jikkonvinċu lll-votant b’garanzija ta- rappreżentanza xierqa.

Riforma iva. Kombrikola biex ikun hemm ċejċa għal kullħadd le. hemm bżonn li l-istudenti jgħarfu x’ifisser tkun student b’ideat innovativi. Hemm bżonn jiftakru x’inhu l- iskop tal-eqdem Kunsill f’Malta u jaħdmu biex l-istrutturi tagħha jerġgħu isiru denji li jħaddnu fosthom il-mexxejja u l-idealisti tal-futur. Fuq kollox dawk il-fehmiet bażiċi li slitna minn Caldera hemm bżonn jaslu fuq fomm kullħadd.

Il-palazz demokratiku ideali ikun magħmul mill-poplu sħiħ.

 

addendum: VoxPop magħmul minn Insiteronline

 

Facebook Comments Box

12 replies on “Il-palazz demokratiku”

“…tal-politika falluta nazzjonali li tilfet kull tip ta’ kredtu mal-poplu”

Naqra wishful thinking din l-istqarrija, Jacques. In-numri, l-voti, l-ilhna, il-politikanti u l-gurnalisti part time u full time, il-canvassers, il-kazini, l-istazzjonijiet tar-radju u tat-televixin, kif ukoll il-bicca l-kbira tal-akkademici ghad ghandhom relazzjoni intimissima ma’ dik il-“politika falluta nazzjonali”.

X’qed tghid ezatt David? Forsi mhux qed nifhmek imma qed tghid li il-politika nazzjonali hija wahda ta’ success? Jew forsi qed tghid li il-politika nazzjonali hija kredibbli f’ghajnejn il-poplu?

Semmejt lista twila ta’ elementi midhla fis-sistema tal-politika nazzjonali – parti minnha. Allura dan ifisser li ma hix falluta jew bla valuri?

U din tar-relazzjoni intima ma tfisser xejn. Relazzjoni intima ma tfisser la fiducja u lanqas kredibiltà. Anki l-businessman sqalli ghandu relazzjoni intima mal-mafjuz meta jhallas il-pizzo. E allora?

Li qed nghid hu li ma jidhirlix li kien hemm xi kollass sinjifikattiv jew rilevanti fir-relazzjoni bejn “il-poplu” u l-politika kif inhi mhaddma f’pajjizna. Fi kliem Zagrebelsky ta’ Liberta’ e Giustizia, ma tantx qed nara kazijiet ta’ nies li lesti “jinqalghu” mil-loghba (“La connivenza puo’ rompersi solo con la dissociazione e la denuncia”). Ma jidhirlix li jregi kompletament il-paragun mafjuz – m’hu ser imut hadd b’tir f’rasu jew f’riglejh (al massimo id-Dottor X ma jkunx nominat fuq il-board Y)…

Nahseb qed thawwad zewg cirki differenti. Hemm dawk li jivvutaw biss u dawk li ghandhom “vested interest” fis-sistema. Forsi m’ghandhomx pistola ma rashom fizikament… imma imbaghad metaforikament…. dik in-nomina taf tiswa hajja.

Jista’ jkun li hemm abiss (ta’ biza u Hobson’s choices) kbir li ghadu jbieghed in-nies mid-denuncja u dissocjazjoni pero lanqas dan ma jfisser li ghad hemm fiducja fil-politika tal-pajjiz.

Iz-zewg crieki importanti, Jacques. L-elit bil-vested interest u l-bqija. Fl-ebda cirku ma nara hajra genwina u attiva ghal kritika sistematika u bidla sostanzjali. Meta jinkiteb trattat politiku-filosofiku ghal zmienna li jiddenuncja s-sistema, n-nies li jiktbuh jiddisassocjaw ruhhom bil-fatti mis-sistema u jirnexxilhom jigbru warajhom ammont sostanzjali ta’ nies, forsi nbiddel fhiemti. Waqt li nistennew, ikollna nikkuntentaw bl-aqwa satira li hemm fis-suq: incertament u l-bassas ta’ Satiristan. Certamente!

Dear Jacques, while I understand your disenchantment with our political and social realities because I too hold very similar views of our pathetic situation in the centre of the universe (read Maltese Islands), I can also appreciate the views of my Friggieri namesake.

I’m not sure if you can follow my line of thought, which I shall represent with a letter appearing in a recent issue of The Economist, entitle SOCIAL INDICATORS

Sir – Your leader regarding Argentina’s dodgy inflation figures asked us to imagine a world without statistics (“Don’t lie to me, Argentina”, Feb 25th). In such an imaginary world, “governments would fumble in the dark, investors would waste money and electorates would struggle to hold their political leaders to account”. Please tell me; how exactly would that be different from the real world?
Paolo Bellomo
Scarsdale, New York

Plus ca change

….u proset tal-programm

Nahseb jien kont l-uniku wiehed li kont qomt f’dak l-AGM biex nitkellem kontra t-tnehhija tal-STV u l-introduzzjoni tal-first past the post. U r-raguni kienet ezatt din: li l-blokk maggoritarju jirbah dejjem u l-ohrajn jibqghu emarginati, mentri bl-STV il-minoranzi ikollhom rapprezentanza.

U gara kif bassart – flok studenti ta’ opinjonijiet diversi jahdmu flimkien ghall-gid tal-korp studentesk, ghandna muro contro muro, bit-trawwim ta’ mentalita’ ta’ ‘gvern’ u ‘oppozizzjoni’ li tirrefletti u tipperpetwa is-sitwazzjoni tal-politika fuq livell nazzjonali. (Mhux ghax jien xi profeta – kien diga car li dan kien se jigri.)

At the risk of sounding repetitive let e just reiterate my belief that although the current system does not work – any system advocating proportional representation within the executive branch of KSU will have a dangerously incapacitating effect.

The proposal and election of groups (call them blocks if you like) with clearly defined objectives and aims (manifesto – even if this is a managerial/administrative project) and that create the need for screening candidates for their capacities in different posts is a boon for a KSU with so many administrative and representative tasks.

If anything I could envisage a KPS/KE amalgam made up of student reps in faculties + an elected body of proportionally represented interested groups. This body would be responsible for mandating the executive with ALL policies that KSU as a union subscribes to. In that case, by all means, elect the interest groups proportionally and if you like let those elected members elect the executive from among the proposed groups (yes still using first past the post for each post). That way you get the representation AND the efficiency.

You talk about policies and administration, but the issue is power. And that lies with the executive, and especially with the President, Secretary and other principal officials.

Allura,
Mela jekk is-sistema attwali hi falluta u jekk il-PR m’hix aqwa. X’ghandu jsir ? jisfaxxa kompletament il-KSU, ghax tilef l-ghan tieghu ?

Jien ghamilt zmien imdahhal fil-PULSE, anke fi zmien li kienet qamet il-famuza Proportional Representation. Naqbel 100% li hemm ir-riskju li nispiccaw bhal politika nazzjonali, fejn hafna drabi qeghdin biex jiggieldu bejnietom, imma hemm xi sistema li hi perfetta ?

Jekk ahna l-futur tal-pajjiz, u mhux kapaci nahdmu flimkien u nbiddlu s-sitwazzjoni u min din is-sistema tiehu l-ahjar li tista ghall-istudenti, mela ghoxrin sena ohra ha nkunu aghar milli qeghdin issa jekk ha nibqghu nghixu f’dil-mentalita bazwija. Forsi qed ninstema wisq idealista, imma nemmen li wasal iz-zmien li l-KSU ghandu jkun tal-istudent kollu, mhux ta ghaqda wahda u suppost hawn livell ta maturita bizzejjed biex dan isehh.

Comments are closed.