Categories
Campaign 2013

Mistura

Jista’ jkun li l-qasam tas-satira fil-politika Maltija ħa spinta kbira waqt din l-elezzjoni. Li ma tantx naraw (jew aħjar nisimgħu) f’Malta huwa kummentarju ta’ tip ieħor li jmur lil hinn minn dak tal-kummentarji professjonali u/jew amatorjali. Qed nirreferi għall-influwenza dgħajfa tal-media mużikali bħala għodda ta’ riflessjoni. Il-mużika tintuża iva bi skop politiku biżżejjed insemmu l-aħħar kummiedja medjatika tal-PN li ħarġu bl-idea tal-karaoke tal-innu elettorali. Kull sena ukoll ikollna il-Festival tal-Indipendenza li diffiċli tieħu bis-serjeta u nimmaġina li hemm xi ekwivalenti Laburista ukoll.

Pero il-kantawtur – dak li jaqta’ feles mill-immaġni popolari u jdawwarha f’rima u mużika li taf tagħti immaġni daqs l-aqwa poster satiriku – jekk mhux iktar – huwa kważi assenti mix-xena mużikali Maltija. Diffiċli li tqiegħed ix-xogħolijiet ta’ Joe Demicoli fl-istess keffa għax jekk xejn huwa komiku u anki slapstick. Kellna il-one hit wonder ta’ Bundy li madanakollu kien laqat il-likk. Xi gruppi oħra li f’mumenti iktar kwieti tawna kliem u mużika miżgħuda b’temi soċjali forsi ma jħossux l-urġenza tal-kontribut immedjat.

Sieħbi Antonio Olivari ġibidli l-attenzjoni għal din il-biċċa mużika tal-grupp Mistura. Nieħu pjaċir noffri lil J’accuse bħala pjattaforma oħra biex tixxandar din it-tip ta’ mużika. Nittama li jkolli okkażjoni nagħmel hekk għal oħrajn ukoll. Inħalli lilkom tarblu l-kontenut.

 

Facebook Comments Box

One reply on “Mistura”

Comments are closed.