Categories
Values

Noti waqt elezzjoni tal-KSJC*

Kull sena meta tasal l-elezzjoni ghall-Ezekuttiv tal-Kunsill Studenti Universitarji nispicca nirraguna ma xi hadd dwar sistemi rapprezentativi u l-“winner takes all” tal-elezzjonijiet. Kull sena ma nikkonkludux wisq filwaqt li xi ghaqda politika minnhom “tkaxkar” is-siggijiet tal-ezekuttiv.

Dalghodu tellajt sentenza fuq facebook wara li rajt li kemm Luciano Busuttil kif ukoll Joseph Cuschieri kienu qed iheggu l-istudenti biex jivvutaw ghall-ghaqda PULSE. Ikkumentali Mark Vella u wegibtu b’serje ta’ kummenti li issa sincerament ghajjejt nirrepetihom. (*U wara li gibidli l-attenzjoni Philip Leone-Ganado indunajt li l-invit ta’ Cuschieri u Busuttil kien ghall-elezzjoni fil-KSJC – dan kollu li nghid hawn xorta japplika ghal KSU, fil-kaz ta’ KSJC hag’ohra, jiena nemmen li l-politika qatt ma ghandha tasal sa’ livelli post-sekondarji).

L-esperiment tal-istatut tal-KSU ma rnexxiex sa’ l-ahhar. Ma rnexxiex ghaliex l-indhil tal-partiti baqa jizdied u ma rnexxiex ghax l-immagni li tinghata hija wahda annwali ta’ xi glieda PLPN fil-mikrokozmu ta’ tal-Qroqq. Pero irnexxa f’hafna oqsma ohra. Kont fuq il-Kampus xi gimaghtejn ilu u rajt kampus  biezel – hafna hwienet vera – pero wara l-bibien tal-kuriduri t’isfel ta’ Dar l-iStudent smajt lil min qed ihabrek ghall-ghaqda tieghu, rajt noticeboards mifqugha avvizi u rajt hafna u hafna ideat iduru. Wara l-istorbju tal-influenza partitarja hemm hafna qed isir u dan ukoll grazzi ghal strutturi tal-KSU il-gdid (issa ghaddew 17-il sena imma ejja nahsbu li l-esperiment ghadu ghaddej) li bejn kontroversja u ohra hadem u halla lil min jahdem. Wara l-akkuzi u l-ghajjat ta’ partit u oppozizzjoni hemm min jibqa jtektek u ghaddej fil-hajja universitarja tieghu itella eventi u jirrprezenta filwaqt li jista jserrah fuq dak il-monolit li huwa l-eqdem kunsill raprezentattiv fl-ewropa.

Inhallikom bit-test tad-diskursata (vera iktar qisa monologu tieghi imma insomma), u nittama li jekk (bhal kull sena) ikun hemm x’tiddiskuti dan isir b’mod infurmat u minghajr wisq pregudizzji.

stipendjishah1

JRZ FB STATUS : Luciano Busuttil and Joseph Cuschieri would vote PULSE. Just so you know where your vote should be going …
#studentrepresentation #notomanipulation

MV Naħseb aħjar tikkampanja għal KSU aktar rappreżentattiv u mhux monopartitiku totalitarju kif inhu bis-sistema tal-lum

JRZ Perswaz li tahseb hekk. Kif ukoll perswaz li l-KPS hija manifestazzjoni cara ta rapprezentanza wiregha mahsuba ghat-trasparenza fit-tfassil tal-politika studenteska.

MV Ma nafx x’inhi l-KPS. Imma KSU ideali, bħal ma huwa Parlament ideali għalija, huwa korp proporzjonalment rappreżentattiv tal-ilħna kollha fl-Università, u mhux winner takes all li jispiċċa jirriproduċi l-partitokrazija ‘tal-kbar’.

JRZ Iva Mark, u bhalek hafna ohra ma semghux bil-KPS u xorta juzaw termini bhal “sistema monopartitiku totalitarju” u “winner takes all”. Il-verità (u l-ironija) hi li s-sistema mahsuba proprja fuq zewg principji importantissimi li huma ir-rapprezentanza u l-partecipazzjoni. Meta inhasbet is-sistema il-gdida tal-KSU, din kienet hsieb radikali u kienet mfassla proprju bl-idea li kemm jista jkun l-“indhil barrani” partitarju ma jibqax hemm, specjalment fit-tfassil ta’ kull politika li mahsuba li tirraprezenta l-istudenti.

Il-KSU ma hux biss l-ezekuttiv izda (u qed nghid dan minghajr ma nikkonsidra xi tbaghbis li seta sar mill-1996 ‘l hawn) huwa maghmul minn grupp ta’ organi rapprezentattivi – kull wiehed b’rwol car u specifiku.

Il-KPS (Kummissjoni Politika Socjali) thaddan fiha kull ghaqda u organizzazzjoni politika u mhux li hemm fil-kampus u ghandha rwol li tohloq u thejji pozizzjonijiet politici fuq kull qasam extra-kurrikulari. Meta thaddmet sew il-KPS harget b’pozizzjonijiet politici cari u determinanti (speci ta’ set ta’ principji) – ghadni kburi hafna bil-pozizzjoni li hadet il-KSU a bazi ta’ dokument tal-KPS qabel l-elezzjoni tal-1998. Huwa il-KPS li jiggarantixxi l-idea ta’ Parlament u li sahansitra lanqas ma hu proporzjonali fis-sens li kull ghaqda ghandha vot – jekk xejn dan huwa shortcoming illi kellu jiddahhal. Idealment jigi elett proporzjonalment ukoll organu bhal dan.

Il-KE (Kummissjoni Edukazzjoni) hija organu iehor li fiha tigbor awtomatikament ir-rapprezentanti akkademici kollha tal-istudenti (Faculty Reps u Senat u Kunsill). Ghal darb’ohra din tfassal politika li tirraprezenta l-wesgha kollha studenteska.

Ir-ras tas-sistema, kif ukoll il-magna hija l-ezekuttiv. Dan inholoq bit-tir li jhaddem politika maghmula mill-KE u KPS. Ma johloqx politika imma jwettaqa. Il-falliment tas-sistema kien (u ghadu) li l-organi ma jintuzawx kif suppost – b’mod partikolari l-ezekuttiv u l-elezzjoni ghall-membri tieghu. Dan jigri minhabba l-indhil tal-partiti politici li minghalihom qed jaghmlu xi gid meta jibdew idarru liz-zghar bil-metodi meskini taghhom. Ma tlumx l-istudenti f’ghaqdiet bhal SDM u PULSE illum li jaraw din bhala xi fast track ghal kandidatura jew xi post “fil-partit”. It-telliefa hija r-rapprezentanza studenteska iva. Mhux tort tas-sistema tort tal-“indhil”. L-istudenti ftit li xejn qatt irnexxielhom jeghlbu din il-gibda lejn il-partiti (zmienna kien eccezzjoni lampanti nahseb u malajr ghebet).

Illum ghandek lil Luciano u lil Joseph jtellghu fb status li kieku jivvutaw PULSE. Malli tellajt dan l-istatus jien gie retweetjat minn David Agius ghax minghalih li qed niehu sehem f’xi battalja diviziva u nilghab il-loghba tal-PLPN fil-grawnd ta’ tal-Qroqq. Dejjem jghiduli li diska mkissra din tal-PLPN, pero iktar ma jghaddi zmien iktar nahseb li hija realtà u qed ninghata ragun.

J’alla l-istudenti jivvutaw ezekuttiv kompetenti li kapaci johloq sinergija mal-kummissjonijiet u tabilhaqq jirraprezenta l-istudent l-ewwel u qabel kollox. U din ma hix retorika.

 

Facebook Comments Box

One reply on “Noti waqt elezzjoni tal-KSJC*”

Philip Leone-Ganado Not discounting the valid points you make, but (a) this is a KSJC election, and (b) last year’s corresponding fixture turned up a mixed council – the least “winner takes all” outcome the voting system can legitimately turn up.
4 minutes ago · Like

Jacques René Zammit Thanks Philip. As far as I know the KSJC does not have the other organs that the KSU has. My two cents on that committee is that it should not exist – at least not to the extent of a second KSU. That party politics has extended to the level of post-secondary education says much about the PLPN spread. Thanks for the pointer… I got carried away by the pulse reference.

Comments are closed.