Għażiża Gaia,
Din il-bloggata ma hix xi forma ta’ stmerrija jew disprezz lejn it-talenti u potenzjal tiegħek. Semgħek tkanta min kellu jisimgħek, u nies li żgur huma tal-widna iktar minni u li jifhmu fil-mużika wisq iktar minni raw fik talent mill-isbaħ li jekk indukrat tajjeb għad iferraħ widnet bosta oħrajn. Din ma hi bl-ebda mod xi attakk faħxi fuq il-persuna tiegħek u fuq kull min għandu għal qalbu “il-kompetizzjoni” tat-talenti li saret tant tħobb il-persuna mondana fis-seklu wieħed u għoxrin.
Kif issa taf sew Gaia, int ingħatajt premju (jew intqal li se tingħata dalwaqt) mingħand wieħed mill-ogħla uffiċjali fir-Repubblika tagħna. Dan l-uffiċċjal rak tirbaħ dik il-kompetizzjoni bejn ilħna żgħar għadhom mank imkissra u tant għereq f’orgażmu (tip ta’ eċċitament li titgħallem dwaru la tikber – jaf ikun eċċitament ikbar milli tirbaħ kwalunkwe premju) ta’ pjaċir u kburija illi donnu iddeċieda ħesrem, mingħajr wisq riflessjoni u ħsieb (kif wara kollox mid-dehra iħobb jagħmel) jikkonferixxi fuqek onorifiċenza ta’ importanza nazzjonali.
Iva Gaia, se tingħata Ġieħ ir-Repubblika. Mhux int biss. Imma anki “t-tim” tiegħek. Ma setgħax jonqos li fi żmenijiet bħal dawn nippremjaw “tim ta’ suċċess” għax hekk imorru l-affarijiet. Issa ħalli li l-uffiċjal f’intervista li ta’ lill-press lanqas ma kien ċert jekk hux se tkun l-Ordni tal-Mertu jew Ġieħ ir-Repubblika imma dawk dettalji relattivament żgħar – l-aqwa li se nagħtuha xi ħaġa hux.
Issa ħa ngħidlek din Gaia. Din tal-onorifiċenzi ma hix xi ħaġa marbuta biss ma pajjiżna. Kull pajjiż għandu tiegħu tafx – lista ta’ nies li jiġu ippremjati jew b’rikonoxximent għal xi xogħol jew servizz li għamlu lejn il-pajjiż jew (ejja ngħiduha kif inhi) lista ta’ nies li ingħataw xi unur għax għaddew min hawn u ridna skuża biex ikollna riċeviment. Biex niftehmu kienu ilhom li naqqsu l-importanza ta’ dawn l-onorifiċenzi – kull ma għandek tagħmel hu li tqis li qablek kien hemm nies emeriti bħal Gaddafi (revokat) u Kim Il Sung li ingħataw l-istess unur mingħajr ma kantaw l-inqas strofa.
Li jinkwetani hu li minkejja il-merti kollha li jista’ jkollok int bħala kantanta hemm xi ħaġa li ma ddoqlix dwar il-mod kif l-uffiċjal tal-pajjiż ma jidher li għandu l-ebda stima jew rispett lejn is-simbolu tar-Repubblika u kull ma hu rappreżentat minnha. Ma kienx biżżejjed li iffissa prezz tas-suq fuq in-nazzjonalita – fuq il-fatt li wieħed ikun Malti. Ma kienx biżżejjed illi l-għażla ta-qaddejja fidili tar-Repubblika saret farsa sħiħa fejn iktar tistħajjel orġja (iva erġajna) ta’ ħbieb tal-ħbieb jiffangaw.
Ma kienx biżżejjed u issa ser inqassmu ukoll l-onorifiċenzi qishom il-pastizzi proverbjali. Li jinkwetani Gaia mhux li int, bħala Gaia, se tingħata onorifiċenza – ħalli li huwa lampanti li fil-każ tiegħek u dak li għamilt mhux talli ir-Repubblika qed tkun ġeneruża imma qed tniżżel ħafna l-istandard ta’ x’għandu jiġi ippremjat. Jinkwetani appuntu din il-moda li ma tagħrafx il-bżulija, l-għaraq ta’ min jistinka u t-talent imrawwem fuq medda ta’ żmien.
Jinkwetani li l-valur ta’ dak li aħna kburin bih bħala Maltin qiegħed kull ma jmur jitnittef fix-xejn. Tisma għajta ġdida imgeżwra fil-gidba egalitarja u meritokratika tal-Moviment Tagħna Lkoll biex kullħadd ikun jista’ jidħol l-Universita, kullħadd ikun jista’ jingħadd bħala kantant u kullħadd ikun jista’ jsir politiku. Kullħadd, jgħidulek għandu dritt għall-opinjoni u kullħadd għandu dritt għal xogħol bħala uffiċjal mal-gvern avolja ma jkunx jifhem f’kazz (skużani imma kulltant ir-rabja tagħmel bijja). Għax inkella taf int, Gaia, “mhux fjer” jew “ilhom ipappuha u issa imiss lilna lkoll”.
Allura nistaqsi Gaia, din hi il-ħolma Maltija? Dan hu “The Maltese Dream”? X’jibqalek hi u tagħlaq is-sena 2013 li tgħid li inti kburi li tgħix jew tiġi minn din il-gżira?
Għad għandek 11-il sena Gaia. Ma nafx kemm ħaqqek terfa’ responsabilta’ bħal din fuq spallejk imma inħeġġek taħseb ftit dwar pajjiżek u n-nies li jgħixu fih u forsi ġo ħsiebek tinbet idea jew riżoluzzjoni li minbarra li tipprova tgħix ħajja normali, int u l-ġenerazzjoni tiegħek tagħrfu tarmu iċ-ċuċati li bihom iżejnu u jiddandnu l-uffiċjali ta’ llum. Għallinqas hekk l-unur (forsi) ikun sewa’ għal xi ħaġa.
Mill-bqija, setgħet kienet banana.
Ma rridx
nobżoq
f’wiċċ ir-repubblika.
(Daniel Massa)
18 replies on “Ġieħ il-Banana”
#politikaMonti
http://3c3dbeaf6f6c49f4b9f4-a655c0f6dcd98e765a68760c407565ae.r86.cf3.rackcdn.com/59636cc0dc7e6c0b32014738cb877a862462726678.pdf
Look at page 5, first line.
Jien irrid niehu Gieh ir-Reppublika wkoll…
Prosit.
foxkemandkom
Mela m andekx x tamel jew int purcinel di tifla ta hdax il sena u jek ridt tizvoga fuq xi haga ma kelekx idahal lil di tifla.j alla ma tarahix la hi u laqas familta
xarukaza kief ma tisthux tejdu dan il kliem minjaf li kieku kienet bintek kief kont titkelem aaa pastass…… iva jien nemen ili galia haqa gieh ir republika dan ghaliex dak li gabet hi hadt ghadu ma gabu ( bhala rizultatt ta euro vision) bekk bieh ha ijkun jista jinholoq hafna u hafna kumerc u ha ihali hafna iktar flus gol bwiet tal maltijn
Kummerc ?! Flus fi bwiet il-Maltin ? Int bis-serjeta daqshekk tuba u batut?
KIEKU TAF nahseb is-sur Michael qed ikun sarkastiku jew inkella b’dispjacir kbir nghid li jezisti livell ta’ injoranza unprecedented…nispera hafna li is-sitwazzjoni hi l-ewwel wahda
NO COMMENT
Le sinjura lit-tifla ma dahhaliex fin-nofs jekk qrajt sew it-test. M’ghandikx ghalfejn taghmilha tal-freedom fighter fuq haga bhal din. Is-satira qed tattakka lil politikanti involuti f’din il-kummiedja mhux lil Gaia. Anzi nithassar lil Gaia li giet mdeffsa fin-nofs mill-prim ministru permezz ta’ l-idea brillanti gietu f’mohhu biex minghalih ha jintogob u jnessi lin-nies mill-kummiedja ohra hafna ikbar tac-cittadinanza!
Niehu gost nara xi kumment bhal ta’ CAT fejn kiteb “foxkemandkom” ghax ninduna li mhux jien biss injorant imma ghad hawn hafna nies ohra bhali! Insomma, ejja nirrangaw ftit il-kelma u minflok ‘injorant’ niktbu ‘INJURANT’.
Prosit ta’ l-artiklu JACQUES RENÉ ZAMMIT
Proset hmar!! Proset li irnexielek twegga tifla ta 11 il sena u l familja taghha bil kliem vulgari u pastass tieghek. Li biex minghalik t attaka lil prim ministru bis satira vojta tieghek l artiklu tijak ma wasalx lil min ridt tindirizah u kull ma irnexielek taghmel huwa li twegga tifla ta 11 il sena u taqgha ghar ridikolu inti.
Proset Gahan!
“Damnant quod non intelligunt” jghidu il-latini. Perswaz li kemm hmar, kif ukoll Gahan kien ikun kapaci iktar minnek jifhem dak li hemm miktub u jinduna li ma hemm xejn vulgari u/jew insolenti f’din il-bloggata. Ir-ridikolu sfortunatament narah kuljum, jimmanifesta ruhu b’mod regolari fuq l-internet. Grazzi Matt tal-kumment, jghinni niftakar u nzomm f’mohhi li fid-dinja kollox issib u nifhem ghalfejn mhux kull blog jisthoqqlu udjenza wiesgha. Sahhiet.
Nista nasiguralek li blogg tieghek udjenza wiesgha ma ghandux u wisq inqas mhux ha jkollu wara li pruvajt taghmel pubblicita lilek min fuq tifla ta 11 il sena ghal blogg li hadd ma jaf u jinteresah dwaru. Nixtieq insaqsiek ukoll jek ghandekx tfal zghar ghak ikun interessanti nara ir reazjoni tieghek jekk inmur nitkellem dwar orgazmi u doppju sens fuq banana u frott iehor! Probabli b injoranza u l arroganza li ghandek tiehu gost kieku.
Nerga najdlek sajha GAHAN!
It-tentazzjoni li nghidlek “injurant” hija pjuttost kbira pero le jahsra, li nista hu li naghdrek. Dan il-blog qatt ma kellu aspirazzjonijiet ta’ popolarità, anzi kull meta nikteb jiena konxju li mhux ser inkun popolari. Nassigurak ukoll li wisq iktar nies milli tista tahseb huma attenti dwar dak li jinkiteb hawn u jafu bih u kif. Jiddispjacini li m’ghandix tfal zghar u nittama li la jkolli ikunu intelligenti bizzejjed jaghrfu l-kontenut ta’ xoghol bhal dan u ma jagqghux fil-bassezzi u reazzjonijiet bla sens bhal ma jidher li int tant thobb taghmel. Ma nafx ghandekx hin tipprova tifhem li l-kelma Banana ma ghandhiex biss risonanzi sesswali (dak li int tghidlu doppju sens) imma hija uzata hawnhekk b’riferenza ghar-Repubblika tal-Banana. Il-kumment tieghek fehemni (forsi) x’qed jaraw daqshekk vulgari tant nies… u ghalhiex forsi ghal bidu ma stajtx nara x’hemm hazin. Jahsara Matt (u haddiehor li fehemha hekk) il-“pastazagni” u l-“volgarita” qieghdha f’mohh min jisma “banana” u jahseb f’organu sesswali. Ma nlumekx jekk il-kapacita tieghek li tifhem tieqaf hemm, din hi wara kollox socjeta li qed inrawmu u int prodott taghha: Tara BANANA u tifhem Z***. Hares ftit ‘il barra mill-konfini ta’ rahaltek u ssib dinja ohra, ikbar u isbah illi fiha il-kliem “Repubblika tal-Banana” mill-ewwel jinftiehmu, minghajr ebda kazz involut.
Kif ghidt qabel u nerga nghid dan il-blog ma fih l-ebda attakk fuq Gaia u jidirli kien car bizzejjed li jirrikonoxxi t-talenti taghha. Kull kumment li jattakka dan il-blog ghax minghalih li hawn xi “attakk fahxi fuq tfal” ikun qed jaqa’ ghar-redikolu wahdu. Kull ma jonqos issa il-parata ta’ Pullicino Orlando u xi Schembri jghidulna li f’dal pajjiz hawn ic-“cyber bullying”. Issa vera sahha ghax kull sekonda moghddija inwiegeb dac-cucati hija sekonda mohlija.
Ahna u nibqaw nghixu go pajjiz tal- Mickey Mouse…