Categories
Admin

Philip

Illum wara nofsinhar ġej insellimlek. Martek qaltilna ma nilbsux kulur id-dwejjaq. Qaltilna li ma kontx tkun tixtieq, u minkejja li ma nafekx sew naqbel. Biex nilbsu lewn ħsibijietek u tbissimtek inkunu irridu qata’ sew mill-materjal tal-hippies, dawk tal-psikedeliku.

Kif għidtlek, ma nafekx sew Philip. Bilkemm kont indunajt li għandek (għax tibqa’ għal dejjem) affinita għall-inkwina. Nafek l-iktar mill-eteru u fuq l-eteru fejn triqitna virtwali kienu ta’ sikwit jiltaqgħu u kont nogħxa nomgħod osservazzjoni minn tiegħek. Iva, nafek ukoll bħala kumpann ieħor tal-fratellanza neo-liberali li ħarbet tiġri minn Malta u dik is-soffokazzjoni iżolana mimlija preġudizzji.

Spiss iltqajna ukoll f’ajruporti – fi tranżitu bejn post u ieħor – u skambjajna formalitajiet ta’ malajr. Xejn iktar. Iżda fuq l-eteru kont tħalli l-marka. Kont titfa osservażżjoni dejjem f’waqtha u f’moħħi kont inpinġik ġullar ta’ qorti li qiegħed hemm biex jiddikostruwixxi u jfakkarna li fl-aħħar mill-aħħar kollha dixxendenti ta’ l-istess ċorma xadini. Ġullar bravu, wisq iktar bravu milli jħalik tifhem li hu, u b’imħabba kbira għall-għarfien illi għoġbu jżewweġ mal-imħabba għad-dinja ġdida teknoloġika.

Lili dak li kien jogħġobni fik Philip. Li l-osservazzjonijiet tiegħek, serji kemm kienu serji, f’waqthom kemm kienu f’waqthom, kellhom sens qawwi  umoristiku ġo fihom. Dan l-egħruq kien ħoloq fil li għadda f’kull ħsieb li qsamt miegħek (minkejja li kienu ftit) u ħassejt li konna naduraw l-istess Alla li l-ewwel u qabel kollox kellu sens kbir umoristiku. Hekk hu, Philip, l-Alla li forsi lesti li nemmnu fih jaf jidħaq u jidħaq sew. Jiġbor nies ġentili u twajba bħalek li miżgħuda bl-imħabba tal-għerf qabel iż-zmien. Jew forsi dik kienet l-ikbar ċajta tiegħu…

Sens umoristiku kbir  għandu dan Alla Philip, avolja kulltant iħallina b’ħalqna miftuħa flok middieħqa. Imma forsi dan kollu jsir bi skop – il-kuluri, l-iskerzi u d-differenzi… il-kapaċita li nifhmu li hemm dinja wisq ikbar minn dawk l-erba’ ħitan magħluqa li bdejna fihom… il-ħarba mill-għar u t-twaħħid kuxjenti ma dinja li mill-eċċentriku toħloq norma…

Iva Philip, forsi ma tliftx ħabib imma tlift xi ħaġa ikbar. Tlift vuċi oħra li kienet tlewwen dinja li wisq saret tistona bin-normalita tedjanti u konformi.

Huwa minnu Philip, li kif kien jgħid persunaġġ kulurit ieħor li ħalliena dan l-aħħar “… l’impresa eccezionale, dammi retta, è essere normale.

Saħħiet ħabib. Nittama li int fejn int, tagħmel x’inti tagħmel, l-importanti li qiegħed tidħaq.

“God is a comedian, playing to an audience too afraid to laugh.” – Voltaire

From Minority Reports … a comment by Philip

Ah the nature of things, that ineffable theme. What you seem to be saying, in the end, is that for the PN to be successful at being the PN it needs to stop being the PN, and become what? A PN that is, by it’s nature, very good at being PN! A True scotsman indeed!https://yourlogicalfallacyis.com/no-true-scotsman

Let’s cut through the chase, what you’re calling for implies the establishment of a new POLITICAL party the likes of which Malta has not seen in our lifetimes. Human resources being scant, such an entity will have to poach the best from the established, and PN being the losers right now, they are most prime for the culling.

You have repeatedly accused the political establishment of being morally inept. What makes you think that now suddenly, they have the aptitude or inclination to seek out what is morally right, not just for them, but for the nation? And if you don’t think they actually have changed, deep inside their soul, who are your appeals directed at?

 

Facebook Comments Box