Categories
Travel

Il-Vapur ghal Betlehem

Qbadna il-kju mill-Ghadira. Il-Hadd imqaddes. Kju karozzi Maltin ta’ Malta li ghogobhom jghaddu l-ahhar Hadd tas-sena f’Ghawdex. Allajbierek. “Ghawdxi tajjeb aharqu” jghidu. Ma’ l-ewwel cans li jkollhom imaqdru ‘l Ghawdex u lill-Ghawdxin. Imma min imaqdar irid jixtri jghidu u f’dan il-kaz ix-xewqa tax-xerrej tigi ikkargata ghira.

Kju jibda mill-Ghadira. Min jipprova jaqbez, min jirnexxilu b’komplicità ta’ pulizija nofs kedda u min jitwaqqaf. Ihirsa tal-passat fis ifeggu meta tinduna li l-karozza li thalliet tghaddi u taqbez kellha it-Torca fuq display god-dashboard. Allajbierek.

Manjieri xejn u tinhass tensjoni generali li titkebbes go qalb il-Malti meta jara kju. “Kif se naghmel biex nasal qabel haddiehor?” Il-kuncett ta’ stennija ordinata thawwad il-boxxla tal-parti l-kbira tal-vjaggaturi. L-istennija tikxef il-verita maghrufa. Il-Malti pampalun li tghidx kemm ihalli ewri Ghawdex f’ikel u xorb (u souvenirs?) jiftah il-boot tal-karozza u wiehed malajr jilmah il-picnic cooler, it-thermos, u l-kaxxa pastini. Ihalli zobb mhux ewro.

Igri jitla’ fuq il-vapur halli imbaghad iserrep lejn ir-Rabat, jipparkja fejn irid u jhossu komdu u wara erhilu jilmenta dwar it-tickets li jaghtu “l-Ghawdxin”. Dan l-ahhar sid ta’ flat go Ghawdex qalli wahda gdida. Kera flat lil xi Malti u x’hin mar jara kid sejrin isib li kienu gabu seba’ heaters tal-elettriku magghom. Genji. Ghax il-kont tad-dawl ma jhallsuhx huma.

Konversazzjoni ghaddejja barra karozzti.

“Kif int?”
“Heqq. Nipprova nirkeb” (N.Dr. – ghax fih talent toqghod fil-kju)
“U jien ma ridtx ninzel ta… Imma t-tfal…”
“Anki jien ta… Darba f’sena ninzel”
“Xtaqt hallejt il-karozza c-Cirkewwa u naqbad tal-linja imma ma riedux”

Ma komplejtx insegwi ghax f’daqqa il-kju mexa. Shuttle service. Filfatt tkun stennejt inqas milli tahseb u hafna mill-infern ikun ikkawzat mit-tensjoni u nervi. Nissuspetta li dan gara ukoll sa certu punt lill-Arriva. Appuntu l-Arriva. Kull min kellimt Ghawdex jahlef bis-sistema taghhom gewwa Ghawdex. Hasra.

Tlaqna. Jien ghal dari u l-familja u c-corma Maltin ghal Bethlehem f’Ghajnsielem.

Awguri lil huti l-Maltin kollha.
U bilhaq… Tiskrux bil-Fanta
Go Betlehem.

20131230-104823.jpg

Facebook Comments Box

2 replies on “Il-Vapur ghal Betlehem”

Comments are closed.