Categories
Politics

Ġej budget li ma jitwemminx

budget_akkuzaDifficli li timmaġina li dan il-baġit ikun wieħed li jitwemmen. Difficli, biex niftehmu, li jkun xi baġit fantastiku. Roħs ta’ prezzijiet u taxxi. Jekk jgħidulek li se jseħħu wisq probabbli tkun int l-ewwel wieħed li jgħajjat “Ħożż fl-ilma”. Kumpens għall-għoli tal-ħajja? Insa. Tmienja u ħamsin centeżmu x’ħa tixtri bihom? Forsi pastizz. Tad-dawl u l-ilma aħjar ma ngħidu xejn. Għax roadmaps jiżżerżqu f’kemm ilni ngħidlek u ħadd ma jerfa’ l-icken responsabilta’. Ħadd, biex niftehmu, m’hu se jilgħab il-karriera tiegħu fuq xi wiegħda li jseħħ dak li għandu jseħħ. Għax ifhem, kieku kien Casino ilhom li spiccaw bla cips. Muscat, Mizzi, Cardona, kollha xi ħin jew ieħor qalu li jirriżenjaw jekk ma jwettqux il-pjanijiet tagħhom – jekk hux dawl u ilma jew White Rocks. Hemm għadhom. Xi skuża dejjem se jsibu.

Insa’ ħabib. Dal-baġit żgur mhux ħa jħallik mistagħġeb, b’ħalqek miftuħ.

Sakemm… dejjem… m’intix wieħed minn dawk il-babbi, għadek hemm tistenna il-bajtra taqa’ f’ħalqek.

 

 

Facebook Comments Box