L-impjegati funzjonarji tal-kumpanija nazzjonali tal-energija irrabjati. Ghandhom ghad-deputati parlamentari li ghogobhom izannznu abbozz ta’ ligi sabiex il-kumpanija li jahdmu maghha tigi ipprivatizzata u tinqasam f’kumpanija ghal kull belt kbira – jigifieri Lussemburgu u Esch-sur-Alzette. Il-haddiema dlonk ghollew lehenhom kontra il-mishut mostru “privatizzazzjoni” u t-tfal tieghu “incertezzi tas-suq” u “nuqqas ta’ permanenza” kif ukoll il-bastardi tieghu “nuqqas ta’ xoghol” u “downsizing“. Mill-ewwel is-sindakati hargu bil-ghajta solita taghhom “Issa Daqshekk” u gheddu li jaghmlu hafna storbju u frakass jekk id-deputati ma jirtirawx din il-proposta oxxenament ridikola.
Mhux hekk ghamlu d-deputati u allura il-haddiema tal-kumpanija nazzjonali tal-energija twahhdu fi protesta u bhall-folla ta’ Ruzar qamu f’daqqa jghajjtu u joholqu “pannes” u “bloquages“. Qatt ma fhimtha din tal-istrajk li iktar ittellef lic-cittadin komuni milli lis-superdeputat li jasal ghax-xoghol bid-driver u li ma jkollux laqghat qabel wara nofsinhar. Sadattant eluf ta’ eluf ta’ lussemburgizi, frustieri residenti u transfrontalieres qded jidghu ghax il-bozzoz tal-mija ghorrief tal-kumpanija tal-energija qazzu l-alla tal-energija pulita u ibblukkjaw kull triq principali go nofs id-dukat. Ma nafx liema simpatija riedu minn ghand il-popolin – votant u mhux votant – imma din tal-karba u dimostrazzjoni rari tikkonvincini dan l-ahhar.
Issa erhili nghaddi mill-Petrusse, Gare, Pfaffenthal u hekk biex nasal ghal Kirchberg flok sewqa ta’ hames minuti kollox minn Belair ghal Kirchberg dirett. Kollha hela ta’ hin … u energija.
Din il-bloggata dehret l-ewwel fuq Kinnie & Twistees. Kont ilni tlettax-il xahar ma nikteb fuq dak il-blog. Bidu gdid?