Categories
Blogspot

il-flus ma jikbrux fis-siġar

Illejla għaddej skambju ħelu bejn iż-żewġ partiti. Il-kelma ġġib hekk. jien nibqa konvint li kampanja elettorali bħal din tiswa mitqla deheb għal min janalizza il-filosofija tal-kelma u l-komunikazzjoni – altro che Abelard. Fil-bidu tad-disgħijnijiet l-intellettwali tal-PN (jew dawk li kienu jaqbdu ktieb b’idejhom) kienu jittfantsu b’Karl Popper. Dak kien iwissi ħafna dwar il-perikli tat-televiżjoni u l-użu ħażin tal-midja. Għadda żmienu u m’għadux moda. Ma kellhomx ħin jiskopru lil filosfi a-la-mode bħal Zizek u intilfu fil-mijażma tal-pluri-komunikazzjoni.

Din l-elezzjoni se tibqa imfakkra għall-tsunami ta’ informazzjoni f’direzzjoni waħda. Insewh l-ismigħ u d-djalogu. Ħallikom mid-demokrazija parteċipattiva. Din hija battalja ta’ propaganda bħal ma qatt rajna qabel. Il-partit Laburista għandu sezzjoni fil-paġna tal-kampanja online, jisimha “The Truth”. Iva. Il-Verita’ Tagħhom Ukoll. Carmen Sammut – Kap tal-Magna tal-Ħsieb tal-Labour (Ideat) – illi tagħmel analiżi fuq MT tal-kampanja m’ilux qamet għall-fatt li l-partiti jużaw lingwaġġ diviżiv : proġett TAGĦNA, bomba TAGĦHOM. Mid-dehra l-Labour qisu qed jagħmel sforz li ma jidhirx daqshekk diviżiv… mhux li qed jirnexxilu… pero dak mhux il-punt.

L-ewwelnett il-lingwaġġ tribali u partiġġjan dejjem hemm kien u huwa parti intrinsika mis-sistema li se tibqa hemm kemm iddum is-sitwazzjoni tar-rebbieħ jieħu kollox (winner takes all). Jista Muscat jagħmel sforz u jipprova joħloq immaġini differenti pero dak li hu – immaġini. Din hija l-elezzjoni tal-effetti speċjali. Rajtuh lil Toni Abela fuq Bondi+ jipprova jispjega għalfejn ma joħorġux rapporti? Qallhom li il-PN ma jikkritikawx iżda jdawru l-kliem. U kif qed insemmu dik il-farsa ta’ Bondi+ u TVHEMM, issa għandna ġurnalisti li jaġevolaw partit fuq ieħor billi jpoġġu domandi mhux pertinenti.

Il-partiti jinstabu konvinti li jistgħu jirrepetu li jridu. Jekk tirrepeti gidba għal biżżejjed drabi n-nies jibdew jaħsbu li hi verita. Xi jiem ilu Muscat ħabbar li gvern laburista idaħħal skema fejn tista iġġib espert id-dar u dan jagħtik parir fuq kif qed tikkonsma l-enerġija u kif tista ssir iktar effiċenti. Smajt in-news clip u konvint li qal li din se tkun skema volontarja u b’xejn. Filgħaxija beda jdur klipp nazzjonalist li kien jgħid li gvern laburist kien ser iġiegħlek tirċevi esperti d-dar u li dawn ser jiġu biex il-gvern ikun jaf kemm qed tikkonsma. Speċi ta’ big brother. Gidba. U tal-minimum wage? Tiftakruha? Ħadd ma jaf eżatt min qed jgħid xiex basta ma jaqblux.

Meta Cacopardo dar fuq Simon u Toni u qalilhom li qatt ma se tissolva il-problema għax għalihom din hi “logħba politika” kien jaf sew x’inhu jgħid. Żmien l-elezzjoni qatt ma kien ser ikun mument tajjeb biex wieħed janalizza pjan għall-enerġija. Dan jafu il-partit Laburista li jaf li waqt elezzjoni tinqeda b’nofs veritajiet u mingħajr ma tikxef idejk (iva, se nsemmi l-VAT għax hekk kien ukoll) u jafu l-PN li jaf li biex tgiddeb idea lanqas għandek bżonn argumenti daqshekk sodi (staqsu lil JPO u l-kampanja sostnuta favurih). min ibati? Tbati int. Tbati għax temminhom u tbati għax itik li taqbeż għal wieħed jew l-ieħor.

U issa għandna l-isbaħ waħda. Bdieha l-Prim Ministru. Staqsa lill-Labour min fejn ġejjin il-miljuni li qed jintefqu fil-kampanja elettorali. Ma ridtx nemmen dak li smajt b’widnejja. Dan Kap ta’ Partit li bla mistħija ta’ xejn jinvesti hu ukoll f’kampanja elettorali li jista’ jkun tiġih b’xejn imma xorta tiswa l-flus. Għax iva sinjuri Gonzi u Muscat, mhux kullħadd beċċun. Lil Debono ippruvajtu tgħadduh ta’ miġnun imma xeba jwissi dwar il-liġi tal-iffinanzjar tal-partiti. Tal-Labour ħarġu l-barra mill-kumitat li suppost iddiskuta dat-tibdiliet (bl-iskuża ta’ Justyne Caruana) u baqgħu mhux parteċipi għall-ikbar glorja tal-avvanz demokratiku. U tal-PN jinħbew wara tal-Labour meta qatt ma refgħu sebgħa.

Issa allajbierek jakkużaw lil xulxin dwar spejjeż. D-dejn ma hux fi flus imma fi pjaċiri li se jkollhom jintraddu għax bejn billboards, materjal elettroniku, swali għal laqgħat u xeba affarijiet oħra inutli tinħeba wara l-idea ta’ volontarjat. Din sieħeb tal-voti barra. Għaddew ħames snin oħra u l-PN issa, lejliet elezzjoni meta ma jista jsir xejn, jgħidilna li hu favur. Nilgħab ġidi li l-għada tal-elezzjoni ma jsir xejn. Għax il-kliem fieragħ ta’ qabel elezzjoni ma tridx tqisu. Anzi iktar ma jinsultaw l-intelligenza tiegħek iktar trid tqis li ikun aħjar tivvota għal partit ieħor – biex ma jibqgħux jittrattawk ta’ beċċun li jemmen li flushom jikbru fis-siġar.

U fl-aħħar ma nistax ma nsemmix il-midja. L-alternattiva spiċċaw b’allokazjoni miżera fuq l-iskrin. Sewwa qalulhom ta’ Bis-Serjeta … il-qaħba tal-partiti. Għaliex din id-diskrepanza. Fl-Ingilterra per eżempju din kienet l-ewwel elezzjoni fejn il-LibDems ingħataw l-istess ħin bħall-hekk imsejħa partiti kbar. Ara fejn waslu. Ma hemm l-ebda raġuni għalfejn QABEL l-elezzjoni l-ad ikollha kwota inqas ta’ ħin mill-partiti l-oħra. Naċċettawha bħala stat ta fatt imma fil-fatt l-ebda partit ma għadu kiseb vot wieħed fl-elezzjoni 2013 u allura li naċċettaw li ad huwa partit inqas mill-oħrajn ifisser biss li naċċettaw diskriminazzjoni inġusta ibbażata fuq il-bżonn li ż-żewġ parititi bit-televiżjonijiet fallimentari tagħhom jistgħu jibqgħu ibellgħulna r-ross bil-labra.

U nemmnu li l-flus jikbru fis-siġar…. għax hekk qalulna.

 

in un paese pieno di coglioni ci mancano le palle.

Facebook Comments Box

3 replies on “il-flus ma jikbrux fis-siġar”

Illum rajt lil Briguglio imwarrab fil-genb go rokna fuq Xarabank(jaqq). Imma nghid jien dawn tal-AD bla bocci biex jaccettaw umiljazzjoni bhal din ? Li kieku jien inzzz mhux noqghod fir-rokna qisni lampshade. Jekk xejn f’dan il-kaz Briguglio il-qahba ta’ Xarabank kien ghax paxxih u mar hemm. Jekk ma jtunix podium bhaz-zewg mexxejja l-ohra ma mmur xejn. Anzi mmur u naghmel show bihom. Malli Peppi jtini l-mic biex itini sekonda biex taparsi jalaqli halqi inqum bilwiefqa u nghidlu… jien minix kurnut tieghek u dak il-hin stess nitlaq ‘il barra.

Comments are closed.