Għażiż tesserat, Wisq probabbli ma nafekx u jekk nafek m’aħniex ħbieb minn ta’ ġewwa (kif jgħidu… ma nieklux kirxa flimkien). Xorta nixtieqek tippermettili ngħidlek kelma … tismagħni… kif sar wisq moda li ngħidu f’dawn iż-żmienijiet. Għandi xi ngħidlek u nixtieq ngħidulek għax il-vot tiegħek għada jikkonċernani ukoll – din id-darba iktar minn qatt qabel. […]
