Categories
Arts Travel

Pastizzi United

easy-cheesecake-recipes

Ikla tajba ġewwa Paceville intemmet b’mixja qasira – għad-diġestjoni – madwar it-toroq imxarrbin tal-Belt Internazzjonali ta’ Pace. L-għażla kulinarja kienet waqgħet fuq ikel Ġenoviż, korteżija ta’ Profuma Di… ristorant mill-iprem ġewwa l-ħallata ballata ta’ gosti u kċejjen li bħalu joffru biss bliet wisq iktar kożmopoliti bħal New York, Brussel u Londra.

Ħin minnhom bqajt immeraviljat li ġo firxa ta’ mhux iktar minn ħamsin metru l-voti kellhom jitqassmu bejn ikel Għarbi, dak Indjan, dak Ċiniż jew Ġappuniż jew xi sure bet nostran bħal ma jaf ikun l-istituzzjoni imsemmi The Avenue. Morna Ġenoviż u xejn ma għalejna. Mill-focaccie sal-ħanżir jgħum fil-ħalib u jċafċaf fil-ġobna prelibati sas-sorbet mill-ifjen li jqarrasslek wiċċek ma kull kuċċarina imma, kif jgħid Mark, imexxi ħriġna minn hemm kuntenti. Quelli come noi…

U imxejna sa ħdejn il-bandli… ħadna “id-dawra” ta’ familja Għawdxija-Paċevilljana li aħna: detour ta’ xi mitt metru, xejn iktar, kemm biex nieħdu ġelat (taljanissimu) mingħand Rivareno. Bnin kien, imma żejjed – tant li ma flaħtx nieklu kollu. L-ewwel ftit lagħqiet għażilt li neħodhom fit-triq barra wieħed tal-pastizzi li hemm biswit tal-Agenda u hemm assistjet għal xena gustuża.

Qabelxejn irrid ngħid li xi jumejn ilu, waqt diskursata filosofika ġewwa Michael’s il-Belt, konna qed niddiskutu il-preġji tal-pastizz. Tkunux psataz. Kien mument tal-għola ħsieb gourmand xieraq tal-Gault Millau u Michelin. Kemm ngħidilkom li l-gilljottina inqatgħet favur formation ta’ “tnejn u tnejn”. X’jiġifieri? Jiġifieri li qbilna li meta tkun xrobtlu naqa jew jiġik dak l-aptit tard bil-lejl l-aħjar ordni għand tal-pastiżżi hija dik li twasslek biex tiekol tnejn tal-irkotta u tnejn tal-piżelli. Imbagħad tajjeb ukoll li tkun mogħni bir-Rennie, Maalox jew Gavison tal-mument.

U lura għax-xena. Mela qiegħed niggosta l-ġelat bil-kwiet u nosserva frustier (raġel mhux Malti u li għadu la xtara passaport Malti u lanqas ma kiseb wieħed b’xi mod iktar konvenzjonali) jistaqsi lil tal-ħanut dwar in-natura tal-ikel kollu li għandu fid-display…

“And this? What’s inside this? What is it made of”

U l-ieħor bil-paċenzja kollha tal-Virġilju Dantesk jagħtih tour tas-sorsi kollha tal-infern ta’ kolesterol illi taf toffri kull vetrina tat-Tejkewej Malti. Rajtu imħasseb lix-xerrej. Kellu għażla tqila quddiemu. Bejn qassatat jobżqu l-ful, bejn ross il-forn ileqq it-tjubija, bejn timpana ssejjaħlu għas-sess orali immedjat, bejn il-karnefiċina ta’ pizzez varji kont naħlef li ma jħarisx darb’oħra lejn pastizz. Wara kollox dan ma’ kellux il-black belt tal-ikel Malti li kollha kemm aħna inrabbu tul snin sħaħ ta- inizzjazzjoni…

Tistgħu timmaġinaw għalfejn – kieku ma kellix il-ġelat f’idi – tħajjart nagħmel ovazzjoni spontanja lil das-sinjur frustier u għalfejn ħassejt fawra ta’ Brotherhood of Man denja ta’ l-iqwa lirika ta’ Imagine meta smajtu ilissen dawn il-kliem:

“I’ll have two of the cheese and two of the peas”..

Għall-pastizzi kien qed jgħid. U mingħajr ma jaf ikkonferma l-algoritmu mistur illi x-Xirka ta’ Wikkiela Avukati kienu ikkonkludew li teżisti fid-DNA Tagħna Lkoll. In pastizzi united…

Categories
Arts

D’Fifties

fifties-poster

 

Living in a country for nigh ten years does not necessarily mean that you know the place. Yes, you may be able to ditch the GPS and drive around the far flung (!) corners of the Mullerthal or the northern reaches of Clervaux as nonchalantly as you would in the backstreets of Attard or Cospicua. You might even qualify as an experienced tipster on Tripadvisor for the best joints to eat, drink or simply have fun in the Duchy. But do you know where the “locals” are coming from? Do you know what makes them tick?

I jumped at the opportunity to get an insider’s glimpse of the history of the Grand Duchy. Andy Bausch, Luxembourg’s most successful director had a new documentary in the cinemas and in it he was dissecting a very important decade in the history of Luxembourg – the fifties. The blurb promised an eighty minutes rock and roll through a duchy lazily emerging from the wartime damage and being slapped in the face by modernity. So armed with popcorn and Pom’s I settled down to fill in the lacunae I had shamefully let fester in this decade in Luxembourg.

Hall 4 at Utopolis Cinemas wasn’t anywhere close to being full. The sparse crowd was mainly made up of people who had lived the fifties themselves. Ok, there were a few representatives of the younger generation in the crowd but most of the viewers were like the couple sat next to me – local elderly folk eager to see a snapshot of themselves – which turned out to be an additional bonus since I could gauge more info from their reactions.

I could not help thinking what this kind of documentary would highlight were Malta the subject rather than the Grand Duchy, which turned out to be quite an interesting point of departure since the opening minutes were dedicated to the main obsession in postwar Luxembourg: the Catholic Church. I was surprised to see how strong the hold of the Church was on this nation back in the days of La Grande Construction de l’Europe. It turns out that from the rebuilding capital to the remotest villages (duerf) the main reference point was the church and its representatives.

So we got to see the stories of how the curés and nuns seemed to be the measure of what was acceptable and what was not. I was just thinking  of an infamous circular by Archbishop Gonzi against the devilish practices of rock and roll dancing when Bausch’s account segued straight into some controversial moments faced by one of the decade’s greatest journals (Revue). Apparently some photos of some ladies practising gymnastics in sport attire had provoked the ire of many a rural priest. No criticism was spared for the Bishop of the time who was described by a famous Luxembourg author (Gaston Vogel) as presumptions “you could see it by the way he strutted around like a peacock” (paoner).

I cannot possibly run through all the different aspects of Luxembourg life that were excellently portrayed in this piece – from the arrival of TV to the almost reluctant participation of the Duchy in the construction of the European Community – but I cannot sufficiently stress how admirably the self-critical tone was handled. Early on Vogel comments on how the nation was a nation of “bauer” (close to boors) who still had an obsession with being navel-gazing – distrusting the outside world. Another commentator whose name sadly escapes me did not hesitate to highlight the “racist” attitude of Luxembourgers to the outside world.

The racism was a combination of distrust of the German neighbours, only too recently enemies at war, to the dislike of the early fonctionnaires of a young Europe. Strikingly the early experience of the minnows of the six founding members of the European Community was marginal. Bar the monumental figures such as Schumann, early jobs for Luxembourgers was as huissiers (marshalls) or administrative secretaries. Vogel condemns this attitude outright and claims that Luxembourg missed out on being the real capital of Europe (and not Brussels) because of some “idiots”. And of course because of the Church. Yes, the Church was not too enamoured with the idea of opening of frontiers and the importation of new “ideas” so it was quite happy with the shift of most institutions to neighbouring Brussels.

This write up can only skim the surface of a wonderfully crafted psychological analysis of a crucial period in the history of a young European state. I can only wish that a similar treatment and dissection can be made of my home country free from the hang-ups and interests of partisan interpretation. You could feel the heartbeat of a nation struggling to come to terms with fifties modernity – from the reactions to the Soviet developments, to the emancipation of women to the atrocious buildings that sprung up in the fifties (Vogel again – “Shits, the lot of them, all the architects).

It’s a two thumbs up for Andy Bausch and his highly recommendable tour de force. There is much for a nation to learn when it holds up the mirror and takes a long, hard and honest look at itself.

Ech sin dofir!

 

Categories
Arts

Move back

Dedikata lit-tlett mitt ruħ li tilfu ħajjithom qrib Lampedusa, fejn il-Gżira tal-Fniek. 

“Move back”, serra snienu
Idejh imdawra ggranfati ma’ l-istering.

Ħsibijietu,

bejn it-traffiku infern quddiemu
taħt sema’ jnixxi ilmijiet
li lanqas Noe ma qatt ra bħalhom,
id-dlam li jagħma kesa l-ajru
u t-tpaqpiq inċessanti tat-traffiku
mat-tpeċlieq reddieni tal-passiġġiera
dieħel itambar ġewwa rasu

Għajnejh,

jilmħu fil-mera mżejna rużarji
wiċċ ix-xjaten suwed emmissarji
mibgħuta jitturufnawh fil-wied ta’ rwieh mitlufa
u ma jiflaħx iktar

“Move back, ħaqqalla” (għax id-dagħa huwa obbligu)
“Or go back to your country”

“It’s time to wake up and smell the coffee”
Bir-road map quddiemu jiddandan daqs pagun

Ħsibijietu,

mgħarrqa taħt wiegħdiet u illużjoni
imbandla f’baħar ċekkijiet li qatt ma se jissarfu
miżgħuda bil-piż ta’ responsabilità li qatt ma basar
mejtin għal kapru espijatorju
għal Ażażel baħri tal-bnazzi

Ħalqu,

jitgħawweġ u jitkemmex fit-truf
bejn tbissima għax ġietu tajba
u oħra qarsa tal-verità mhix magħrufa
għax jafha hu biss
filwaqt li jbellgħa t-togħma tar-rebħa
għax bi kliemu jġib l-ilma jiżfen

“Push back” intranżiġenti
Pero tinkwetawx.. nieħdu ħsieb nisa u tfal

“Waan ku jecelahay” qaltlu bid-dmugħ nieżel ma’ ħaddejha
…”jiena nħobbok”

Ħsibijietha,

marru f’art twelidhom,
fl-infern li ħallew warajhom
fit-tama ta’ bidu ġdid,
marru fl-ewwel darba li ratu
dik it-tbissima dawl f’deżert ta’ dieqa
dik il-ħarsa torri f’nofs armata ħażen u biża’,
marru f’jum żwieġhom
f’jum twelid binhom
fi vjaġġi tul deżerti u fost kriminali

Għajnejha,

lemħu ġisem żewġha,
l-aħħar qtar ta’ ħajtu jnixxi minn ġo fih
bħaldonnu mgħaġġla jeħilsu minn saħtet l-art,
lemħu t-tarbija tolfoq dmugħ
u raw lil Karonti jgħajjat xi ordni
(li widnejha la semgħu u lanqas kienu jifhmu)

U lemħu dawl blu jpetpet
raw l-anġlu joħroġ idu u jerfa’ lilha u lil binha
raw il-kutra tgħattiha

u reħiet għal mument id-destin tagħha f’idejn ħaddieħor

“Waan ku jecelaway” qaltlu bid-dmugħ nieżel ma’ ħaddejha
…. inħobbok.

 

Categories
Arts

On the shame of being poorly educated

“For over twenty-five centuries we’ve been bearing the weight of superb and heterogeneous civilizations, all from outside, none made by ourselves, none that we could call our own. This violence of landscape, this cruelty of climate, this continual tension in everything, and even these monuments of the past, magnificent yet incomprehensible because not built by us and yet standing round us like lovely mute ghosts; all those rulers who landed by main force from every direction who were at once obeyed, soon detested, and always misunderstood, their only expressions works of art we couldn’t understand and taxes which we understood only too well and which they spent elsewhere: all these things have formed our character, which is thus conditioned by events outside our control as well as by a terrifying insularity of mind.”

 

Categories
Arts

Valletta per noi

I only started using the Sliema – Valletta ferry after I had moved to Luxembourg for work. When I still lived in Malta the ferry was something that only tourists did. They had time. They could afford to take in the splendid views of Marsamxett. Not for me the dilly-dallying. My commute to the city was for work and time was money, so I dutifully got in line with the hundreds of other sensible car-owners (one per-car) and sucked in on the carbon emissions all the way through the Porte des Bombes and Saint Anne Street.

These days whenever I come back home I always make it a point to use the ferry. At least once. Sure it’s not the same deal as walking into the majestic city through its main gate but the arrival by boat seems to be so much more fitting for the city built for gentlemen. This was, after all, the city built by a sea-faring order that threw its weight around the middle sea. Ignoring Valletta’s littoral element is like thinking of London without the Thames or Venice without its canals.

Majestic the city may be but its majesty exists also because of the sea. At the foot of the bastions that skirt the Humble City lie the lapping waters of the Mediterranean – a constant reminder of the place of the Most Proud city in time and space. The sea wraps the gated peninsula – alternating idyllic moments of calm with sudden bouts of fury, when Poseidon and Aeolus unleash their power and besiege its walls all over again.

Gates. The city does not hide its nature. It will always remain a fortified city – no matter how modern it can get. Internationally renowned architects may do away with doors and barriers and introduce open spaces but you will always have a sense of foreboding when you approach the Proud City.

Will it welcome you once more? Will it let you walk lazily through its deserted streets on a hot August afternoon, and allow you to stop at one of the myriad eating joints that have sprung along its streets? Will it engulf you in the darkness of the night as you drunkenly attempt to quit its narrow streets and newborn drinking holes? Will the ghosts of Valletta past entrap you in a winding desolation of brothels, murders and intrigue?

Or will Valletta be itself and gracefully adorn every step that you take on its streets with memorable  moments of historic ecstasy – from the smallest nook to the grandest palazzo? Will its church bells toll happily to welcome the many sons and daughters of the nation who find refuge in its proud symbolism? Will it let the sweet winds cool you as they breeze through its narrow, shaded streets? Will Valletta be the capital for everyone?

I have never left Valletta feeling  unsatisfied. The sense of foreboding is quickly replaced with a renewed sense of belonging. I was not born or brought up in Valletta but it is my capital. Any street in Valletta is my street. Our street. Every cobbled step down Republic Street, every mooring place near the waterfront, every smell on Lascaris Wharf and every balcony on Saint Barbara’s Bastion. They’re all there to tell you that no matter how far from Malta you may be, the city of gentlemen is there to remind you that there is a place that you can call home.

 

This post first appeared as a guest post on the Valletta 2018 Foundation’s Official Blog.

Categories
Arts

Rossini

Dan l-aħħar innutajt li “tal-liġi” reġgħu qed itellgħu bosta statuses dwar l-eżamijiet. Ma tantx tgħid “O żmien ħlejju” x’ħin tiftakar l-istress u t-tensjoni dwar x’ħiereġ għall-eżami jew kemm jiflaħ il-moħħ uman jiddiġerixxi informazzjoni u jikklassifikah. L-impossibilta tal-isfida tittaffa biss b’markinġenji varji li suppositament jgħinu biex issalva sal-eżami li jmiss. Bejn bott nutella, litru kafe u xi erbat ikratal redbull (kelma waħda) suppost taf ittawwal dawk l-iljieli koroh ta’ qabel l-eżami. (come fanno le segretarie con gli occhiali a farsi sposare dagli avvocati).

Jien kelli ħafna ritwali dak iż-żmien. Fosthom bejn superstizzjoni u bżonn tar-ritmu kont nitfa erba klassiċi. Minn Grieg għal filgħodu, Ravel għall-estasi Tereżjana, Vivaldi għall mumenti ta’ raptus ċivili u l-iprem wieħed il-crescendo goljardiku tal-William Tell ta’ Rossini. Għax tgħid kont dejjem nagħlaq għajnejja u nimmaġinah rqiq u sportiv lil Ġwakkin Rossini. Il-mużika tiegħu hekk tagħtik x’tifhem. Qatt ma kont fittixt xi immaġni tiegħu imma bilfors dawk ir-ritmi ħlejjin li fi żmien ieħor kienu jakkumpanjaw lil Zorro f’xi telenovela ma setgħux ikunu xogħol wieħed mogħni b’sovrappiż.

Eppur fu boċċu. Sibt ritratt tiegħu u ma setax ikollu wiċċ iktar ta’ wikkiel minn hekk Ġwakkin. Rossini kien Rossone. Imbagħad ftakart. Hemm dak il-pjatt famiġerat li tant jagħmel ħsara lill-arterji iżda tant jagħti pjaċir lill-palat – it-Tournedos Rossini. Rossini u ngħid. Fittixt fil-Wikipedia u sure enough.

Tournedos Rossini is a French steak dish, purportedly created for the composer Gioachino Rossini by French master chef Marie-Antoine Carême. The dish comprises a tournedos (filet mignon) of beef, pan-fried in butter, served on a crouton, and topped with a hot slice of fresh whole foie gras briefly pan-fried at the last minute. The dish is garnished with slices of black truffle, and finished with a Madeira demi-glace sauce.

Hemm aħna. Fillet moqli fil-butir, itfagħlu crouton u żejnu bil-fois gras li għallgrazzjatalmulejalla kienet hi ukoll moqlija. Żiedilha truffle u naqa sauce u għidli x’mintix tiekol. Allafaccia ta’ William Tell. Jekk il-ktieb ma tiġġudikaħx mill-qoxra lanqas m’għandek tiġġudika kompożitur mill-mużika tiegħu. Imbagħad skoprejt li Rossini kien iħobbu u kif l-ikel (ara link isfel). Sar jogħġobni iktar.

Awguri għall-eżamijiet ,…iġri jgħaddu ħa tgawdu il-ħajja u l-pjaċiri tagħha.

I know of no more admirable occupation than eating, that is really eating. Appetite is for the stomach what love is for the heart. The stomach is the conductor, who rules the grand orchestra of our passions, and rouses it to action. The bassoon or the piccolo, grumbling its discontent or shrilling its longing, personify the empty stomach for me. The stomach, replete, on the other hand, is the triangle of enjoyment or the kettledrum of joy. As for love, I regard her as the prima donna par excellence, the goddess who sings cavatinas to the brain, intoxicates the ear, and delights the heart. Eating, loving, singing and digesting are, in truth, the four acts of the comic opera known as life, and they pass like the bubbles of a bottle of champagne. Whoever lets them break without having enjoyed them is a complete fool. – Gioachino Rossini

 

iktar dwar Rossini  u l-ikel jinstab hawn: Gioachino Rossini’s Haute Cuisine