Ħa ngħidilkom ghaliex meta smajt l-aħbar li ħalliena Ċensu Tabone ħsiebi mar fil-parapett. Kont kbirt biżżejjed biex inkun nista nitlaq ‘il bogħod minn taħt għajnejn il-ġenituri. Dak iż-żmien Marsalforn kien għadu r-renju inkontestat tat-tfal fejn kull bieba kienet miftuħa, kull parapett kien jilqgħek u l-omm ixxurtjata tal-mument kienet issib kotra tfal jiġru ħafja wara l-bieb […]
