Categories
Rubriques

Sciophha ta' Lochi

Tislimiet mid-dinia phein id donna bendata ghadha timrah b’goduria sadomasochistica u phein ma inbidel scein mir regola stacanovista illi tinnarra “hadd ma ierdghu ichtar minn dach li ierdghu l’ichtar u dach li ierdghu l’ichtar hua deiiem ien (subjective).”

Iddecideit minn ieddi u di mia sola sponta li napprofitta mid-disattentioni ta’ sid is sit u infaccharchom illi iena Gachbu Sfi*o ghadni hai u naghti bis-siech (chiph ighidu seuua geuua l’albioni). Bhalissa ghaddeiin minn periodu ta’ trasloch illi iophri bosta spunti ta’ episodi sfi*ati u maniphestattioniiet ta’ dagha fahsci iccausati mill-hidma ghalenia tas-servi ta’ dich ilcahba bendata.

B’mod specificu u dettaliat chiedin naghmlu l’ghalmu taghna li t-traslocar u demanaggar isir minghair ebda dannu isda chif taphu an hua diphicli iecch mhux posittivament impossibli. Esempiu lampanti hua dach illi ched iiseiiah “Il Cas tal-Flushing Imneiiech”. Dan ilghaliesc minhabba illi darba ilu is-sottoscritt chien nesa scemgha miscghulha ghal scopiiet ta’ purificattioni ambientali fuc il-parti tal-lochi detto “il-flushing” illi hua maghmul tirchiosament minn plastic.

M’hemmsc sci nghidu. Isc-scema chienet spiccat billi hallet portion chbir tal-“flushing” in cuistioni b’tali mod illi ilna nissaportu flushing b’toqba f’nophsu dan l’ahhar scur. Issa però illi geina sabiesc nittraslocau irridu nassigurau ruhna illi l-perphida proprietaria minn letz’e’burgu tcun cuntenta mita tigi biec taghmel supervisioni illi halleina il-post tali u quali chif sibnieh seba snin u mitt elph euro kera ilu.

Ghaddeina diga minn raptus ta’ panicu schin indunaina illi d-doityourself regionali huwa iddominat quasi esclussivament minn persuni ta’ lingua tedesca di chermania u bhala tali kellna nidrau termini bhal Spulkastendeckel (ipha hemm ucholl umlaut imma ma sibthiesc fuc it-tastiera). Telephonati lill-varii Hornbach u Batiself u Profi irrisultau biss f’ conphutattioni ta’ ideat u generalment spiccau catghu il-linia ph’uicci b’sinial ta’ disgust ta’ chemm ma iniesc colt u tedeschisissat.

Issa seiier nipprova nuza l’approcc personali. Ipprintiait d-disinn tal-flushing in chuistioni chif ucholl uara haphna ricerca ghandi sahansitra il-modell number. Itolbu ghaliia lill chaddisin chollha tedeschi li taphu… inclus (pero mhux limitat) ghal Santissima Grunewalda, Santissima Ludgarda u Santissimo Schophtlochi.

sahiiet

taghchom fl’isfi*a

Gachbu Sfigho

J’accuse Note: Pardon this intrusion by Jacob Sfike. It seems that he is back from a very long period of lethargic inactivity and has decided to invade our site. He normally blogs at ilbollettinodellasfiga.wordpress.com but has been know to invade J’accuse every now and again.

Categories
Rubriques

FVRIA NERA (BDS)

Ir redattioni tal Bollettino Della Sfiga ghandha piacir thabbar edittioni speciali ta’ FVRIA NERA, l-organu officiali tal-iscuadra storica Deportivo Estudiantes. Jinghad illi id-Deportivo Estudiantes huma l-echdem scuadra fil-ligg tal-futsal Malti u li dauna mincheiia li huma scuadra di natura amatoriali jiehdu il-loghba tal-ballun bl-achbar serietà. Gara illi il-gimgha l-ohra plejer tal-iscuadra naqas milli jattendi loghba tal-11-a-side contra il-famigerati Valencia XI u li ghalhecc id-Deportivo tilphu bi score ta’ sitt gowls bi tlieta. Hunhecc ched nirriproducu is-sententia mill-bord tal-Autoritaiet li inharget contra il-famigerat scariota illi halla l-iscuadra minghair portier ghall-loghba. – Gakbu Sfi*o (Testata Sportiva BDS)

IKUN JAF KULĦADD KIF ISEGWI

DEPORTIVO ESTUDIANTES F.C.C.Q.

PROĊEDURA TA’ DIXXIPLINA

24 ta’ Lulju, 2010

Ġie imressaq quddiem l-awtoritajiet tax-xirka ċertu  MARK PAUL BRIFFA, minn xi nies magħruf bħala “Craxi”, ta’ tnejn u tletin sena, ġuvni, residenti is-Swieqi, u dan iż-żagħżugħ ġie mixli kif isegwi:-

Talli fit-22 ta’ Lulju, 2010, u fi ġranet preċedenti, irrenda ruħu ħati ta’ nuqqas ta’ ħeġġa lejn l-interess suprem tax-xirka, billi ma attendiex għal logħba futbol 11-a-side ġewwa l-Luxol Grounds, Saint Andrews, minkejja li kien ingħata debitu u koerenti preavviż;

Ukoll talli fl-istess jiem huwa irrenda ruħu ħati ta’ negliġenza gravissima lejn ix-xirka, dana billi naqas li jagħti avviż dwar il-fatt li ma kienx ser jattendi, b’mod illi, bil-komportament tiegħu, ikkomprometta ir-riżultat tal-partita (kontra ix-xirka, naturalment);

Intalab illi l-istess mixli:

1.     jiġi skwalifikat għal għomru minn kull logħob tal-futbol, kemm max-xirka kif ukoll ma kwalunkwe persuni oħra, inklużi oratorji u lanqas fit-triq jew fl-ispjaġġja b’ballun tal-plastika jew supertele;

2.     jiġi bastonat mija u tlettax –il darba fuq iż-żewġ irkobbtejh ‘biex jitgħallem’ kif ukoll ħalli żgur ikollu jottempera mal-ewwel kundanna;

3.     jiġi mirfus minn truck tal-ġebel, concrete mixer, jew inġenju ieħor ta’ mhux inqas minn żewġ tunnellati, meħuda kura li ma jmutx waqt l-istrapazz u li jkun konxju il-ħin kollu, mhux bi ħniena imma sabiex l-istat ta’ velja u ta’ luċidità tiegħu jippermettulu li jesperjenza l-eqqel ħruxijiet tat-tbatija b’mod l-aktar parteċipi;

4.     peress li huwa goalkeeper, prevja in-nomina ta’ esperti Rumeni għal tali għan, jgħaddi minn taħt idejn il-“Metodu Helmut Ducadam” b’mod illi jinkisrulu is-swaba’ kollha ta’ idejh it-tnejn b’konvalexxenza neċessarja ta’ mhux inqas minn disa’ xhur, kif ukoll illi għal tali perjodu jinżamm forzozament ġewwa kantina, bir jew x’imkien ieħor umdu ħalli ma jonqosx li jibda jbati mill-osteoporożi;

5.     jiġu konfiskati mill-pussess tiegħu il-flokkijiet kif ukoll ix-shorts kollha tad-Deportivo Estudiantes;

6.     ismu jiġi ikkanċellat mill-kotba u l-annali tad-Deportivo Estudiantes u kull fejn kien jirrikorri tali isem, minnflok jinkitbu l-kliem “dak il-ġarra l…, li kien goaler imma li tneħħilu ismu għax ħareġ ta’ p…..a”;

7.     naturalment ukoll, ma jiġix mistieden għall-attivitajiet soċjali tax-xirka, għal liema kull meta dawn iseħħu, irid ikun iktar ’il bogħod minn djametru ta’ erba’ kilometri minn fejn tkun qegħda tinżamm l-attività, sew jekk festiva, sew jekk ta’ dieqa.

Bl-ispejjeż tal-proċess u tal-ħruxijiet konsegwenti.

Evalwati il-fatti tal-każ, jirriżulta is-segwenti:

Id-Deportivo dejjem kellu diffikultà kbira biex isib goalkeepers suret in-nies, alemu sa livell aċċettabbli għall-aspirazzjonijiet internazzjonali tal-istess “club”.

Minkejja ħafna tfittxijiet, kellu jirripjega fuq l-imputat u jużah għal ħafna logħbiet, fejn, ikollu jiġi ammess, ma ikkomportax ruħu ħażin, apparti l-fatt illi wera “distribution skills” ekwivalenti għal vending machine fid-dockyard fil-bidu tas-snin tmenin.

Dawn l-attivitajiet komplew għaddejjin għal tul ta’ snin.

Fis-sena 2010, ix-xirka bi pjaċir, mal-“cricket”, il-futbol, u il-quiz żiedet ukoll skwadra tal-11-a-side, u bdiet tniedi logħbiet kontra timijiet organizzati mill-perfidissimu Valenzia, illi l-“average age” tal-iskwadi tiegħu tinżel b’erba’ snin kull logħba waqt illi id-difiża tad-Deportivo tant hi antika li għadha tgerger fuq kemm ma ħariġx ta’ raġel Napuljun meta ġie Malta, u kemm hu qasir.

Fl-11-a-side, l-importanza tal-goalkeeper hija naturalment waħda nevralġika, il-lasta hija kbira u l-ħsad huwa ftit.

Il-mixli ġie avżat kemm –il darba dwar id-data, il-ħin u il-lok tal-logħba.

Il-mixli però ma weġibx għad-diversi talbiet lilu magħmula, kemm permezz ta’ korrispondenza elettronika kif ukoll bil-metodu tal-sms, mhux biss, imma fil-jum tal-partita kellha tkun telefonata mix-xirka stess illi wasslet għar-rivelazzjoni skarjotika li l-imputat ma kienx ġej għal-logħba, għal liema oltraġġ lanqas ingħatat spjegazzjoni.

Kieku ingħatat spjegazzjoni valida, bħal per eżempju, serata galanti, l-imputat  seta’ (forsi) jibbenefika minn xi skonti ta’ piena, imma dana ma ġarax.

L-aġir tal-imputat huwa bil-wisq aggravat mill-fatt illi ir-risposta waslet tant tard fiż-żmien, b’mod illi allura ma setgħux jiġu użufruwiti opzjonijiet oħra jew bniedem kwalsiasi li għandu nofs talent ta’ goaler, dana naturalment għax kien tard wisq.

Bħala konsegwenza diretta tal-aġir tal-imputat, id-Deportivo qala’ xejn inqas minn sitt goals, dana għaliex il-persuni li alternaw ruħhom b’abnegazzjoni bejn il-lasti assolutament ma kellhomx idea ta’ “goalkeeping” u del resto wieħed ma jippretendix li jkollhom għaliex jaqdu dmirhom f’partijiet oħra tal-“pitch”.

Irriżulta wkoll minn sorsi informati u attendibbli li ir-raġuni għaliex l-imputat ma attendiex kienet addirittura laqgħa tar-Round Table, jew xi entità simili.

Ma hemmx għalfejn jingħad, imma xorta ser jingħad, illi dan il-fatt jaggrava ħafna l-posizzjoni tal-imputat, u il-Kumitat ta’ Dixxiplina ħaseb ħafna dwar il-possibilità illi il-piena tkun attwalment eħrax minn dik mitluba (f’dawn il-proċeduri, dana jista’ jsir).

Bħala liġijiet u regolamenti applikabbli, apparti is-sens komun, hemm biss l-istatut, illi jaqra testwalment hekk:

STATVT

ID “DEPORTIVO ESTUDIANTES” HIJA SCIRCA SPORTIVA U CULTURALI IMNEDIA MINN ANTONIO TUFIGNO U JAMES BANNISTER, FEIN JIDDECIDU COLLOSC DEJJEM HUMA U HUMA BISS.

FIRMAT:

ANTONIO TUFIGNO                                                                                                     JAMES BANNISTER

L-imputat ma ressaq ebda prova in difiża in vista tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu, u sewwa għamel, għax tenut kont ta’ dak li għamel, kien imissu jistħi kieku ipprova jazzarda jiddefendi ruħu b’xi mod. Dana apparti mill-fatt illi naturalment lanqas ma ġie avżat li seta’ jressaq il-provi, għax xorta kieku kien probabilment joħroġ b’valanga ċuċati li setgħu, se mai, jippeġġoraw is-sitwazzjoni tiegħu.

Fatturi mitiganti, fil-fatt, assolutament ma hemmx, u, fil-verità, dan il-Kumitat, li huwa prevenut kontrih u li naturalment beda u mexxa dan il-proċess bl-intenzjoni mill-bidu sal-aħħar li jsibu ħati, ma qgħadx iħabbel rasu f’dan is-sens. Meta inti ħati, ħati u daqshekk.

Ħtija tal-imputat allura tirriżulta b’mod lampanti u assolut u bla ebda ombra ta’ dubju u għalhekk jeħtieġ li din il-proċedura, li hija l-ewwel waħda ta’ dan it-tip, twassal għal kundanna eżemplari u kif jgħid il-popolin, “inċaqċquhielu sewwa”.

Madanakollu mhux per simpatija personali imma sempliċement għaliex l-imputat jaf jiġi utli f’ċerti attivitajiet fosthom ġarr ta’ oġġetti ingombranti u ġieli wera ruħu utli bħala ħabib, il-Kumitat ma jħossx illi, minkejja il-ħtija spudorata u fjammeġġjanti tiegħu, jista’ jemana kundanna sħiħa kif mitlub, speċjalment fir-rigward tar-raba’ talba għaliex kieku jgħaddi mill-Metodu Helmut Ducadam, imbagħad ma jkun jista’ jġorr xejn, b’dannu kbir għal kulħadd.

Jaqta’ għalhekk u jiddeċidi il-Kumitat tal Awtoritajiet illi, waqt illi jsib lill-imputat Mark Paul Briffa magħruf bħala “Craxi” ĦATI tal-akkużi kollha miġjuba kontrih, jikkundannah:

Għal sospensjoni ta’ sitt xhur minn kull attività sportiva, fl-usa’ sens, jiġifieri xejn FIFA, XBOX, Playstation u lanqas Chess;

Jippreżenta ruħu għand Ġanni ta’ Fotti nhar il-5 ta’ Awwissu, 2010, fit-830 ta’ filgħaxija, fejn, fil-presenza tal-players tad-Deportivo kollha, in-nisa tagħhom kif ukoll it-tfal, jiġi mgħoddi minn pubblika umiljazzjoni billi għas-serata kollha jiġi ikkunsidrat bħala “Round Table” umana, fejn ikollu joqgħod “on all fours”u jippreżenta daru f’forma ta’ mejda, fuq liema mejda jintqegħdu diversi pjetanzi għal min ħaqqu, waqt illi naturalment l-imputat ma jmissu xejn la mil-ikel u lanqas mix-xorb.

Bl-ispejjeż tal-ikla, u tal-ħasil tal-art jekk bħala mejda, l-imputat ma jikkomportax ruħu tajjeb.

It-terminu tal-appell minn din is-sentenza jibda jiddekorri mill-lum sa nhar it-Tnejn, 26 ta’ Lulju, 2010, fil-11 pm, bl-email u bi spjegazzjoni motivata ta’ għalfejn wieħed qiegħed jazzarda tant li jappella. Fil-każ malawgurat ta’ appell, naturalment, dana jinstema’ mill-istess Kumitat, kif identikament kostitwit.

(Firmat)

Il-Kumitat tal-Awtoritajiet