Categories
Corruption Zolabytes

Il-bouncer ta’ Kastilja

GUEST POST: In this facebook post Christian Grima takes a good look at what it takes to get into the Auberge de Castille. The standards at the door are those set by bouncer par excellence Robert Abela. Who exactly is allowed in? (Post reproduced on akkuza.com with the author’s permission).

Jekk il-Kap tal-Opposizzjoni biex jidhol Kastilja biex ikellmek, Prim Ministru, irid jirbah l-elezzjoni generali, allura jekk nigu f’dan, inti wkoll, suppost mhux qed topera minnu, ghax sa fejn naf jien, inti ma rbaht l-ebda elezzjoni generali, ghadek. Kien rebbahhielek il-halliel, korrot tas-sena u x’aktarx qattiel jew hati li heba l-involviment tieghu jew ta’ dawk l-eqreb tieghu fl-assassinju barbaru ta’ Daphne Caruana Galizia u li llum inti writt is-siggu nkallat tieghu.Joseph Muscat, Illum injot, moralment fallut u rrapportat li nvestigat lokalment kif ukoll barra minn xtutna.

Nexia BT pero’ donnhom rebhuha l-elezzjoni generali hux? Jew qed inhawwad? Ghax dawk dehlin u hergin minn hemm kienu, tant li biex ma tiskomodawhomx u biex ma jarawkomx dehlin u hergin l-ufficini taghhom kull kwarta qiskom boloh, tajtuhom ufficcju Kastilja.Illum kellu jinghalaq dak l-ufficcju kif kellu jinghalaq kull ufficju iehor taghhom bl-assi kollha taghhom iffrizati, pendenti nvestigazzjoni ta’ hasil ta’ flus. B’inkjesta ohra fuq Schembri u Hillman li waslet biex tinghalaq u jigi pprezentat il-Proces Verbal.

Melvin Theuma jidher li rebahha l-elezzjoni generali wkoll skondtok, ghax dak ukoll diehel u hiereg ghand ic-Chief of Staff tal-predecissur tieghek f’Kastilja biex jinnegozja l-mahfra presidenzjali li tah Joseph Muscat, allegatament minn wara dahrek, wara li ftiehmu l-verzjoni maqbula bejniethom li kellu jaghti lill-pulzija u lill-Qrati taghna biex jghattilhom ghemilhom.Illum miraklu li ghadu haj Melvin wara li allegatament ipprova joqtol ruhu b’idejh b’diversi daqqiet ta’ sikkina li ta lilu nniffsu, ghax ma setghax jghix bl-inkwiet u bil-pressjoni li kien qed jaghmillu l-predecissur tieghek, siehbu Keith li skondtok hxih, u r-rimanenti nies gewwa kastilja li wasslulu r-risposti u t-theddid li kwazi gennewh.

Yorgen Fenech ukoll jidher li rebah elezzjoni generali nahseb..jew qed nerga’ nitfixkel, issa?Ghax dak ukoll diehel u hiereg Kastilja kien, qisu sejjer go latrina, kemm qabel, kif ukoll wara li nqatlet Daphne Caruana Galizia, biex jiltaqa’ ma’ Keith u ma dak li qed tpoggi fis-siggu tieghu.Joseph Muscat, illum injot u rredikolat mad-dinja kollha,L-istess Yorgen Fenech li bhalissa ghaddej kumpilazzjoni mressaq b’akkuzi fost ohrajn ta’ omicidju volontarju ta’ Daphne Caruana Galizia.Nahseb ahjar tiltaqa’ mieghu l-ufficcju tieghu il-Pieta’ lil Bernard Grech, Robert Abela. Jew il-Kwartieri l-Mile End.

L-ufficcju tieghek Kastilja, barra li skond kliemek ghadek ma kkwalifikajtx biex topera minnu, huwa ufficcju mishut u mcappas bid-demm b’riha taqsamlek qalbek li ma tissaportihiex.Riha ta’ flus jintnu jqattru d-demm. Habatlek sew li trid tilbes maskra.

Sakemm ma tizgurax li ssir gustizzja ma’ kulhadd Prim Ministru, mishut ha jibqalek l-ufficcju tieghek Kastilja u ghad trid tishet is-siegha u l-mument li ntrigajt li tnaddaf il-hmieg li halla warajh il-korrott dinji tas-sena, li fis-siggu mcappas tieghu, inti tpoggi ta’ kuljum, iggorrlu l-mantell

.Joseph Muscat. Illum injot. Illum fallut.