Categories
Sport

Akkuza u l-ballun (apologia)

Parte Prima: I sogni (Ħolm)

Ilni biex nikteb din il-bloggata. Dan l-aħħar il-febbre a novanta laqtitni kif qatt qabel. Il-futbol huwa ossessjoni. Imbagħad f’Malta fejn il-partiġġjan huwa normali u l-oġġettivita hija illużjoni… hawn min isejjaħlu mard. Ma naqbilx. Il-futbol huwa parti mill-ħajja daqs l-alarm li jdoqq filgħodu u jfakkrek li wasal il-ħin li terfa’ sormok mis-sodda u tmur għal dawk it-tmien siegħat xogħol. Il-futbol huwa realta li timla t-tedjanza tal-odjern bil-ħolm ta’ tfulija eterna. Pele is good. Maradona is better (diskutibbli) but George is Best.

Il-futbol huwa stil, huwa filosofija, huwa passjoni. Fil-pressure cooker tal-ħajja għaddejja b’ritmu mgħaġġel il-futbol huwa l-istress li infittxu għax fil-biċċa l-kbira tiegħu huwa stress tajjeb. Ninbidlu għax irridu, ninbidlu għax nagħżlu aħna. Tgħajjatx… qisek l-annimal. U min iħares minn barra u jitkaża bil-blugħa li ngħaddu minna aħna tal-ballun nistgħu biss nagħdruh għax ma jifhimx. Tiġix tgħid li tħobb il-ballun…

Il-futbol li nara jien huwa monochrome. Niekol u ngħix abjad u iswed. Hemm għażilt li tħabbat qalbi meta kont għadni daqxejn ta’ tifel u qaluli nagħżel bejn l-Inter (temmen?) u l-Milan (idem). Kienu għadhom jilgħabu Beppe Furino u Antonello Cuccureddu. U jien, bejn għax dejjem kont bastjan kontrarju u bejn għax ismi jibda bil-J għażilt it-tim l-ieħor. Tal-abjad u l-iswed. Bianconero. Iktar tard dik is-sena dak it-tim rebaħ it-tazza tad-dinja imma kien liebes blu flok abjad u iswed. Imma kollha kienu hemm (seta kien mod ieħor?) Zoff, Tardelli, Cabrini, Scirea, Rossi, Gentile u Causio. Jien ma fraħtx magħom għax kont għadni nibki l-aqwa formazzjoni nazzjonali li ma rebħetx tazza tad-dinja imma dik storja oħra. Rossi has done it again. That’s three, Italy are going to the semi-finals.

Dan l-aħħar qrajt il-bijografija ta wieħed mill-aqwa plejers li qatt rat il-logħba. George is Best but there is only one Alex. Il-blurb tal-ktieb fih kwotazzjoni minn ta’ Alex:

Mi chiamo Alessandro Del Piero e gioco a calcio. Tutti i miei sogni da bambino si sono avverati. Non credo che a un uomo possa toccare una sorte migliore.

Ma jistax ikun hemm spjegazzjoni ikbar ta’ x’inhu futbol. L-aspett ludiku tal-logħba tal-ballun huwa bissa maskra għall-ħolm ta’ kull wieħed u waħda minna li qiegħdin hemm imsaħħrin  mal-iskrin jew ngħajtu minn fuq l-ispalti ta’ xi grawnd  – hux il-Camp Nou jew l-iSchreiber. U meta l-ħolm isir realta bħal ma ġara lil Alex allura hemm ma jistax ikollok xejn aħjar mill-ħajja. (Alla faccia dell’amaro Lucano).

Il-bijografija ta’ Alex laqtitni doppjament għax jien u Alex ko-etanei. Waqt li Alex kien qed jipprattika iqabbeż ballun tat-tennis minn fuq sufan għal bejn saqajn siġġu, Jacques (sena u jumejn iżgħar minnu) kien qed jagħmel l-istess bis-siġġijiet ħodor tal-kċina. Min f’Conegliano (Veneto) u min f’Paceville (San Ġiljan) mitluf fil-ħolm tiegħu. Mill-appelli lil ġenituri biex nibqgħu barra dik in-nofs siegħa żejda ħa nispiċċaw il-logħba (last goal wins – later to become the ill-fated golden goal… Trezegol) sal-ossessjoni fuq Captain Tsubasa (Olly e Benji). L-istess ħsibijiet, l-istess tip ta’ ġenituri jaħdmu u jitħabtu biex iġibu l-hobż fuq il-mejda u jwasslu l-valuri tagħhom lilna.

Wieħed spiċċa jilgħab logħba diskreta five-a-side kultant u l-ieħor laħaq l-ogħla quċċati ta’ l-Olimpu kalċistiku. Iżda it-tnejn jisiltu mill-ħajja sodisfazzjonijiet umani. Avversari sempre, nemici mai.

Parte Seconda: La Tragedia del Calcio Moderno (Realta)

Qisu sitt snin ilu għaddiet bufera fuq il-futbol taljan. Hawn min għadu isejħilha calciopoli, aħna nippreferu insejħula farsopoli. Taf tkun kwistjoni oħra partiġġjana – araha kif trid. L-għira għal tim li kien sar imbattibbli, il-bżonn li inħass miċ-ċittadina Meneghina illi isir xi ħaġa biex jitnaqqas id-distakk, is-sensazzjonaliżmu stile OJ Simpson illi iwassal għall-qrati pubbliċi li jiddeċiedu skond il-qalb u mhux skond il-moħħ. Always cheating, just like Juve.

Minn dejjem smajniha. Dejjem kien hemm min ried jgħodd il-penalties, il-presunti favuri arbitrali jew xi sitwazzjoni oħra biex jipprova jispjega għalfejn il-Vecchia Signora minn Turin baqgħet tirbaħ u kienet l-ewwel tim fid-dinja li rebaħ kull ma kien hemm x’tirbaħ. Fid-disgħinijiet il-qagħda ħraxet meta dak l-imbierek ta’ Tabacchaio sar President ta’ tim provinċjali fil-Lombardia. Ried jirbaħ bilfors. U nefaq. U nefaq. U xtara ħmir u xtara lil Ronaldo. U għalxejn.

Il-futbol taljan tul dawn is-snin mit-tmeninijiet baqa’ jġaħġaħa. Issib xi Berlusconi jitfa l-miljuni u jibni tim li bil mod il-mod jreġġa lil Milan fost il-kbar. Xi Ferlaino li iġib lil Maradona u Napli tiskopri l-quċċata. Callisto Tanzi jilgħab bi flus in-nies u fost kawżi ta falliment u suwiċidji jibni tim ġmielu ġo Parma. L-istess il-Lazio ta’ Eriksson, il-Genoa ta’ Skhuravy, is-Sampdoria ta’ Mancini u oħrajn. Ani ir-Roma ta’ Andrade u Aldair jaslu biex jirbħu kampjonat (u jissieltu għal oħrajn). U hi dejjem hemm. Il-Vecchia Signora tal-gobbi. L-imħittba. Dan iċ-ċirku kellu regoli strambi.

Il-Presidenti, despoti eċċentriċi iċemplu -l hawn u l-hinn biex mingħalihom jgħidu tagħhom… il-poter fil-qasam sportiv. Min iċempel. Min ibagħbas passaporti. Min jagħmel it-tnejn. Min igorr għax l-ikbar inġustizzja dejjem kontrih. Min jitlef kampjonat minħabba logħba waterpolo li qatt ma missa intlagħbet. Cosi fan tutti. Min jibgħat rolex lil referees. Min ifotti fil-garanziji ekonomiċi li suppost jagħti qabel il-kampjonat min ifotti waqt billi jittarokka bilnanċi u plusvalenze. Dak mard żgur. Dik hi r-realta tal-futbol taljan. Imma sitt snin ilu lagħbuha tax-xadini. Qishom qatt ma raw, semgħu u qalu dan kollu…

Fis-saħna ta’ sajf pre-Mondjali iddeċidew li jagħmlu tabirruħom li l-futbol kien nadif pinna u li dawn l-affarjiet ma jagħmilhom ħadd. Anzi jagħmluhom biss it-Triade. La terza stella a Moratti gliela metterei sul fronte. Ivvintaw babaw. Skattaw il-gazzetti tat-Tabbachaio li irrapurtaw għażla ta’ telefonati (lanqas deċimu) li kienet ipprovdiet kumpanija telefonika tat-Tabacchaio. Il-qrati bil-labar f’sormhom lanqas ma ħasbuha darbtejn. X’għarukaza… iċempel referee. Bilfors hemm xi ħaġa. Fl-ebda mument ma ħasbu illi forsi dan kien kif isiru l-affarijiet għax in-nies tas-Sudeuropa kollha morda. Kienet tajba wisq l-okkażjoni.

U sallbuhom. Filwaqt li injoraw eluf ta’ telefonati ta’ Giacinto u sħabu. Lil Milan tal-Presidente ġabruhom minn xaharhom u tawhom ċans imorru fl-Ewropa li tgħodd. Il-Ħadd nibdew. Juventus – Rimini.  U lit-tarbija li kienet ilha tibki u tolfoq għax ma tirbaħ qatt ħbewla il-mimmi E morto Facchetti. Un simbolo di interismo. Tawh il-ġuġu biex forsi jibda jirbah kontra l-ħajbu. Biex zgur ma jnewwaħx tawh scudetto tal-kartun. Bħal dak li qallu meritatissimo. Imbagħad bdew l-incucio. Bdew erba snin ta- tifħir li l-futbol reġa sew għax bil-catenaccio u mingħajr avversarji kollox tirbaħ. Campioni di Serie B. Issa żgur irbaħna kollox.

Issa. Ħames snin wara ħarġu veritajiet oħra. Preskritti jew mejtin. Federazioni b’wiċċ imħammar tammetti li inkompetenti u ma tassumi l-ebda responsabilta. U issa anki Blatter il-qaddis qisu qamlu. Mur obsor. Niftakkruh lil Blatter li ħares in-naħa l-oħra sakemm ħammġu idejhom l-assassini fl-2006 u qajla kellu saħħa jippreżenta tazza lil Juventus Campione del Mondo 2006. Għax lanqas Alla ma ried hux. Dan it-tim li kellu daqshekk bżonn iċempel l- hawn u l-hinn biex ma jirbaħx l-Inter ta’ Centofanti u Pandev rebaħ it-tazza tad-dinja. U ħalluna.

Buffon, Zambrotta, Cannavaro, Grosso, Camonaresi, del Piero. Ma jistħux. Imma l-futbol marid. Imbagħad ġew u xtrawhom il-players  li suppost rebħu biss għax megħjuna. Zambrotta. Viera. Ibrahimovic. Cannavaro. Emerson. Allajbierek ħaduhom u bdew jirbħu. Tifimha issa l-I N T E R I S T A P E Z Z O D I M E R D A? Għax dak mhux kumbinazzjoni. It-tabacchaio jibqa ħati li biex jasal għal ħolm tiegħu qatel il-ħolm ta’ ħafna nies. Meta ħa lil Zlatan ħallieh jilgħab xorta mingħajr ma staqsieh kemm jaħseb li rebaħ kampjonati. Ma staqsieħx jekk iħossx li rebaħ skudetto 28 u 29. Ma qallux li dik provokazzjoni. Imma Zlatan bħal Del Piero (mhux daqsu imma bħalu) u l-ħolm tiegħu jgħożżhom ukoll. U bejn l-2004 u l-2006 jaf ħafna iktar minn Massimo il Tabacchaio b’liema ħila rebaħ il-kampjonat.

Daqshekk ieħor Cannavaro u Vieira. Għax it-Tabacchaio ġietu tajba bl-għajnuna tal-ħbieb bħal Guido Rossi u ir-Rosea iżda konvint li ħolmtu bil-lejl huwa biss ħmir il-lejl. Tajba din ħmar bi nhar u ħmir bil-lejl. Xieraq.

Parte Terza: Guerre Stellari (Kostellazjoni)

Għalxejn nibqa ngħid dwar l-2004 u l-2005. Illum irrid nispiċċa bi storja oħra. Storja ta’ fatti li seħħew ftit iktar minn seklu sħiħ ilu. Correva l’anno 1908. Il-kampjonat kien għadu żgħazugħ u kien għadu kif interebaħ mill-AC Milan għat-tieni sena’ konsekutiva (1906, 1907). Dak iż-żmien ir-rebbieħ tal-kampjonat kien jingħata tazza li kien jisimgħa Spensley Cup. Għas-sena l-ġdida l-Federazzjoni xtaqet tnaqqas l-influenza tal-barranin fil-futbol taljan u iddeċidiet li m’għandux ikun hemm barranin. Ħafna kienu li ma qablux (u din id-deċizjoni ħolqot bosta xiżmi fil-futbol li minnhom twieldu timijiet bħat-Torino u ċerta FC Internazionale – li dejjem kellhom propensita jixtru balla barranin).

Ġara għalhekk illi inżammew zewġ tornej:

L’Assemblea delibera che il Regolamento organico sia modificato in modo da comprendere due gare di campionato: la prima chiamata Campionato Federale, libera a tutti i soci appartenenti alle società iscritte alla Federazione, anche se stranieri…, e la seconda chiamata Campionato italiano e riservata ai soli giuocatori italiani o nazionalizzati… Alla prima sarà assegnata la Coppa Spensley… Alla seconda sarà invece assegnata la Coppa Buni…

Milan, Genoa u Torino ma lagħbux dik is-sena bi protesta. Il-Juventus lagħbu fiż-żewġ tornej (Federali u Taljan). Rebħu dak Federali filwaqt li fit-Taljan ġew eliminati mir-rebbieħa eventwali Pro Vercelli. U hemm jibda l-babaw. Il-Milan li kellhom suppost jgħaddu t-tazza Spensley lil Juventus irrifjutaw u fost polemika ikkonsenjaw it-trofew lil Genoa (eħe). Sadattant minkejja li ż-zewġ kampjonati huma  rikonoxxuti mill-Ferderazjoni fl-Albi tal-Kampjonat jidru biss il-Pro Vercelli bħala rebbieħa tal-kampjonat. 1908 – Pro Vercelli.

Is-sena ta’ wara intlagħab l-ewwel il-kampjonat federali li intrebaħ mill-Pro Vercelli. Il-Juventus illi inqalgħu mit-Torino f’dak il-kampjonat rebħu il-kampjonat taljan (jiġifieri dak li rebħu Pro Vercelli is-sena ta’ qabel u li hu rikonoxxut fl-albi d’oro). Għal xi raġjuni li jafu biss huma għas-sena 1909 ir-rebbieħa tal-kampjonat huma imniżżlin bħala l-Pro Vercelli. 1909 – Pro Vercelli. Aħdimha.

It-taħwid tal-FIGC ma jibdiex illum b’Abete. Huwa ċar li fis-sentejn 1908 u 1909 il-Juventus kienu leġittimament ħaqqhom żewġ scudetti. Anki jekk taċċetta torneo wieħed biss minn fost federale u italiano kien ħaqqhom wieħed. Sadattant kif aċċennajt qabel waqt dan il-perijodu ta’ kaos kien hemm xissjoni mit-tim ultrasportiv tal-Milan li ma kienx radd it-tazza lil Juventus u min din ix-xissjoni twieled it-tim li jiffavorixxi plejers internazzjonali. Ossija l-Internazionale.

Fl-1910 l-FIGC irimodellat il-kampjonat fuq mudell Ingliz b’rawnd waħdani. Il-kwistjoni taż-żewġ skudetti misruqa lil Juventus qatt ma ssolviet pero il-fatti huma ċari. Għada mhux 30 misshom għandhom fuq il-baġġ. 32.

Finale: Heysel (Tmiem)

Dalgħodu rajt dokumentarju dwar King Kenny Dalglish. Plejer kbir. Staqsewħ kieku seta jbiddel xi ħaġa fil-karriera tiegħu x’kien jagħżel. Ma damx jaħsibha. Qallhom Hillsborough u Heysel. Ma kellux għalfejn jispjega wisq. Għadhom stampati f’ moħħi il-filmati ta dak il-lejl traġiku. 39 ħajja intemmet hemm ħesrem. Intemmet waqt li kienet qed issegwi l-ħolm tagħha. Hemm ġewwa stadium fil-periferiji ta’ Brussel intraddmu 39 persuna ħatja li xtaqu għal ftit mumenti jaħarbu mir-realta u jgħixu il-ħolma tagħhom imdawrin bil-kostellazzjoni ta’ stilel. Il-penalty fieragħ ta’ Platini u r-rebħa qarsa ma tfewx id-dieqa u ma jnessew qatt il-weġghat.

Iva Heysel ukoll huwa simbolu. Tifkira tal-linja li tifred il-ħolm mir-realta. Tifkira ukoll li umani aħna u maħluqin differenti bħa; Kajjin u Abel.

“L’uomo allo stadio di Bruxelles è stato tremendamente offeso anche dopo che i tanti Caino, sparsi sulle gradinate, lo avevano ammazzato. Per calmare i Caino non si è rispettato il sangue degli Abele: si è giocato mentre i morti erano ancora lì scomposti nella violenza appena subita; si è tifato; si è gioito. In una giornata in cui tutti e tutto sono stati sconfitti, è assurdo pensare che alcuni si ritengano vincitori ed è amaro vedere volti sorridenti per una vittoria senza senso. Nella serata di mercoledì 29 maggio 1985 lo sport è stato sconfitto e mortificato”. Giocare, lo sappiamo tutti, era necessario, esultare no.”

Avversari si, ma nemici mai. Ridt b’xi mod nispjega staġun sħiħ ta’ rabja. Sitt snin ta’ rabja. Din hija apologia bil-Latin mhux apoloġija bil-Malti. Nittama li tifhmu minn fejn joħroġ it-tifo, il-passjoni, il-ħolm. Jiena u dan is-sit li tant ma nifilħux il-partiġġjaniżmu qed nispjega ghalfejn u minn fejn sibna mod biex niżvugaw fil-partiġġjaniżmu san.

Campioni. I campioni dell’Italia siamo noi. Tre stelle sul petto. Un capitano, c’e solo un capitano. Simili a degli’eroi. Chi non salta… 

Għalhekk baqagħli darbtejn oħra. Nofs siegħa qabel il-logħba kelma waħda fuq status “Vincere!”. Il-gear iffirmat ta’ Buffon jinħareġ għal buon augurio u imbagħad inlestu ħa ngħajtu bħat-tfal. Terġa taqbdek il-febbre a novanta…. Il-futbol huwa ossessjoni. Imbagħad f’Malta fejn il-partiġġjan huwa normali u l-oġġettivita hija illużjoni… hawn min isejjaħlu mard. Ma naqbilx. Il-futbol huwa parti mill-ħajja daqs l-alarm li jdoqq filgħodu u jfakkrek li wasal il-ħin li terfa’ sormok mis-sodda u tmur għal dawk it-tmien siegħat xogħol. Il-futbol huwa realta li timla t-tedjanza tal-odjern bil-ħolm ta’ tfulija eterna. Pele is good. Maradona is better (diskutibbli) but George is Best.

Fino alla fine!

 

Dedikat lil kull min fil-futbol ma jifhimx akka.

Vuol dire anche te – I N T E R I S T A P E Z Z O D I M E R D A.