Categories
Festschrift 2012

immanuel mifsud – il-blobb tas-sibt filghaxija

I only met Immanuel for the first time at the Frankfurt International Book Fair last year. Until then Immanuel was a series of labels – virtual and reported. Besides being an acclaimed author, Immanuel was also this reference point on the blogosphere – something like a Maltese version of the east European authors who I had always pictured as dark. gloomy and depressing. It is the obligation of the wordsmith to tell the story as he sees it. Oftentimes the crudeness of the product is painful to the reader – even objectionable. Immanuel makes you sit up in shock and then, as the goosebumps begin to settle, you tend to remark: “Oh. Right”. Immanu-el… now let’s skip the idolatry and get down to his post:

IL-QRARA TA’ NARĊISSU

Storja (vera):

Is-seklu għoxrin. Is-snin erbgħin. Wieħed raġel semilitterat għandu għarusa semilitterata wkoll. Forsi minħabba t-tensjoni tat-Tieni Gwerra Dinjija (għaddejja fl-aqwa tagħha), il-biża’, il-preżenza prominenti tal-Mewt, jibgħat kartolina lill-għarusa. Fiha mhemm xejn miktub. Mad-dawra hemm daqs nofs ċentimetru bizzilla, fin-nofs hemm qalb imdawra bil-ward aħmar u f’nofs il-qalb hemm figura ta’ tfajla liebsa libsa u ġuvni liebes il-ġlekk u l-ingravata. Xi erbgħin sena wara din il-kartolina titfaċċa minn imkien. It-tifla tal-koppja (miżżewġa, familja, tfal tat-tfal u t-tfal tagħhom) issib din il-kartolina u taqla’ ċamata għaliex għall-omm dak huwa dokument privat li ma kellha ebda dritt tarah, turih, tmissu. Il-kartolina ngħatatilha b’sinjal ta’ mħabba u bħala dokument intimu.

Tliet Stejjer (veri):
12 ta’ Jannar 2012.

Fuq Facebook L.Milne kitbet lil C.DeBono: “Where are you based at the moment, gorgeous shag muffin?”
C.DeBono wieġbet nofs siegħa wara: “London, you sexicious mound of quivering love pudding…let’s meet up and talk nonsense xx”
Biex imbagħad L.Milne wieġbet lura: “Ohhhhh indeed – I will be down at some point this month! Let’s get naughty!!!!! Xxxxxxxxx”


12 ta’ Frar 2012
Dejjem fuq Facebook, Krista A., qamet kmieni u kitbet: is is glad that Her baby Really ENJOYED hi$ Valentine’s Gifts :’) ♥♥
I LoveeYouuuu Daniel (: xXx
Ħdejn il-messaġġ kien hemm indikat li dan intbagħat minn “Near Luqa”.


Nataxa mitilha l-maħbub f’daqqa. Wara xhur għadha tiktiblu fuq il-wall tal-Facebook tiegħu u ttella’ ritratti tagħha fil-banju nofsha mgħottija bil-bżieżaq tas-sapun. Fit-tmien anniversarju minn mindu bdew joħorġu flimkien, kitbitlu: “. D.you are so far away. And so close. As always. I am crying. Come back to me.”

Ma’ dawn ix-xbihat, uħud mill-1271 ħabib li għandi fuq il-FB tiegħi tellgħu ritratti tagħhom qegħdin 1) jiżżewġu; 2) jitbewsu; 3) jimteddu fuq is-sodda tal-lukanda li qagħdu fiha meta marru Londra għax-xiri u dik tal-farmhouse li qagħdu fiha meta marru l-karnival tan-Nadur; 3) jixxemxu bil-bikini li kienu għadhom kemm xtraw minn Tas-Sliema; 4) jimitaw lil Charlie’s Angels; 4) jitrekknu mal-ħajt b’daharhom u b’ħarsithom lejn il-kamera, 5) iħarsu lejn il-mera tat-twaletta tal-kamra tas-sodda tagħhom waqt li huma stess jippuntaw id-digital camera lejn il-mera u jikklikkjaw dik il-buttuna; 6) juru pala waħda ta’ saqajhom (ħafna jew b’żarbun b’takkuna pencil/stiletto) flimkien ma’ ċirku ta’ paliet tas-saqajn ta’ nies oħrajn; 7) iserrħu l-pala ta’ idejhom fuq mejda bi dvalja tal-bizzilla t’Għawdex made in China biex juru l-aħħar sett dwiefer foloz impittra; 8) f’pożi suġġestivi jekk mhux kompromettenti oħra.

Foucault kien diġà tkellem fuq is-soċjetà konfessjonali fis-snin sebgħin. Tassew nixtieq inqajmu mill-mewt u forsi anki niftaħlu kont fuq il-FB ħa nara xi tkun ir-reazzjoni tiegħu għall-konfessjonaliżmu stil Seklu 21. Appuntu, l-isfukar bejn il-privat u l-pubbliku, l-internet bħala għajn kbira li tinċitana nkunu privati dejjem aktar fil-pubbliku dejjem aktar, huma wħud mill-fehmiet li Foucault kien lemaħhom f’tekniki ta’ poter oħrajn. Ma’ dan il-konfessjonaliżmu, jew inkella minħabba fih, tispikka l-personalità narċissistika tal-bniedem tat-triq taż-żminijiet tal-lum: mhux biss il-konfessjonijet għal kollox inutli fuq il-FB u t-Twitter, imma wkoll – ġaladarba ngħixu fl-era tal-immaġni u fl-aċċessibilità diġitali – ir-ritratt li neħtiġuh biex jiddokumenta, jew jikkonferma l-qrara.

Xi darba, il-qrar kien isir fil-konfessjonarju, fis-sodda matrimonjali, f’xi karozza bil-ħġieġ imtappan tittarraf mal-Irdum Dingli. Illum il-konfessjonarju żżarma, is-sodda ħarġet fil-ġnien, ul-ħġieġ tal-karozzi m’għadux jittappan.

Nixtieq nifraħ lil Jacques li ssaporta u għadu jissaporti l-istorbju kollu fix-Xibka u nifraħlu li għadu mhux qed ibati mit-tniġġiż tal-ħoss madwar l-Akkuża.