Illum wara nofsinhar ġej insellimlek. Martek qaltilna ma nilbsux kulur id-dwejjaq. Qaltilna li ma kontx tkun tixtieq, u minkejja li ma nafekx sew naqbel. Biex nilbsu lewn ħsibijietek u tbissimtek inkunu irridu qata’ sew mill-materjal tal-hippies, dawk tal-psikedeliku. Kif għidtlek, ma nafekx sew Philip. Bilkemm kont indunajt li għandek (għax tibqa’ għal dejjem) affinita għall-inkwina. Nafek […]
