Categories
Rule of Law

Demagogija fl-Ewwel ta’ Mejju

Smajt id-diskors kollu ta’ Muscat illum ghal dnubieti. L-isforz li ma jissemmiex l-iljunfant li hemm fil-kamra kien enormi… ggantesk… l-uniku haga kbira li kien hemm fil-pjazza fil-fatt. Id-demagogija tista’ tigi iddistillata f’zewg fazi: hawn hafna flus dehlin f’Malta (u le, ma humiex sforz ta’ gharaq xbin il-poplu imma sforz makakkeriji legali u/jew kwazi); ser inbexxu ftit minn dawk il-flus fil-housing (progett enormi socjali).

Bravu Joseph. Ghax bhall-flus tal-karita’ ghamel. Rabat il-flus li dahlu mill-hmieg u tahwid ma opra karitevoli sabiex hadd ma jmisshom. Le Joseph. Mhix ghira ghal min jaghmel tajjeb mal-fqar imma rabja ghal min jitnejjek bihom f’wicchom.

Il-konkluzjoni ukoll kienet helwa. Fakkar fix-xilja tal-Egrant. M’humiex dawk biss il-fatti le Joseph? Hemm zewg priecem imdawrin mieghek illi minkejja li ilek b’bizzejjed informazzjoni biex twarrabhom ghogbok tinheba wara l-mewga hamra li tadura id-demagogiji.

U l-investiment fi sptarijiet semmejtilna? Vera? Fejn zarmajt servizz socjali f’idejn skarpan li spicca kellu jbieghhom ghax ma kienx kapaci? Jew investiment fl-iskejjel? Liema? L-American University tal-Babaw? Infrastruttura biex il-haddiem imur ghax-xoghol komdu qalilna. Dazgur petrol station kull erba metri.

Temmejtu bl-innu malti, talba lil Alla. Nahseb ahjar tirringrazzjah li l-oppozizzjoni zoppa u imnejka (ghajr ftit individwi li ilhom ihabirku minn hafna qabel) tippermettik tigri girja bil-poplu.

Il-bejgh tac-cittadinanza hija ILLEGALI. It-tixhim minn fuq dan il-bejgh huwa carissimu. Bhal ma hu car it-tixhim minn fuq il-“progetti” enormi li shabek jidher car li gawdew minn fuqhom. X’ma jinfethux kontijiet?

“rodd il-hniena lis-sid, is-sahha lil haddiem,
imma fuq kollox O Mulej thallix lil min jibqa jbella’ ross bil-labra”

#amen #ruleoflaw